Data tat-twelid : , Bozen/Bolzano
Rapporteur jinħatar fil-kumitat parlamentari responsabbli biex jabbozza rapport dwar proposti ta' natura leġiżlattiva jew baġitarja, jew kwistjonijiet oħra. Huma u jabbozzaw ir-rapport tagħhom, ir-rapporteurs jistgħu jikkonsultaw ma' esperti u ma' partijiet interessati rilevanti. Huma responsabbli wkoll għall-abbozzar ta' emendi ta' kompromess u għal negozjati ma' shadow rapporteurs. Ir-rapporti adottati fil-livell tal-kumitat imbagħad jiġu eżaminati u vvotati fil-plenarja. Artikolu 55
Il-Membri jistgħu jressqu mozzjoni individwali fuq kwistjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta' attività tal-UE. Dawn il-mozzjonijiet jingħaddu lill-kumitat responsabbli għall-konsiderazzjoni tiegħu. Artikolu 143
Il-mistoqsijiet għal tweġiba orali b'dibattitu jistgħu jitqiegħdu fuq il-Mejda minn kumitat, grupp politiku jew tal-lanqas 5 % tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament. Id-destinatarji huma l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE. Il-Konferenza tal-Presidenti tiddeċiedi jekk u f'liema ordni l-mistoqsijiet jitqiegħdu fl-abbozz definittiv tal-aġenda ta' seduta plenarja. Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura
Dan ir-reġistru tal-attendenza huwa estratt mill-Minuti tas-seduti plenarji tas-sitt leġiżlatura. L-informazzjoni li fih qed tingħata għal skopijiet ta' informazzjoni biss u tkopri l-mandat ta' Membru fil-Parlament Ewropew. Din id-data mhijiex ipproċessata u ma tinkludix korrezzjonijiet għal assenza ġustifikata minħabba mard, leave tal-maternità/paternità, xogħol awtorizzat tad-delegazzjonijiet parlamentari eċċ.