Briefing
Newsletter dwar is-sessjoni plenarja - Strasburgu 20-23 Ottubru 2025
-
Tmien snin wara l-assassinju tal-ġurnalista, blogger u attivist kontra l-korruzzjoni Maltija, il-MPE se jeżaminaw l-iżviluppi u r-rigress fl-istat tad-dritt.
-
F'dibattitu ewlieni t-Tlieta filgħodu, il-MPE u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni se jiddiskutu l-ftehim ta' paċi reċenti fil-Lvant Nofsani u r-rwol tal-UE.
-
L-Erbgħa filgħodu, il-MPE se jħarsu 'l quddiem lejn is-summit tal-UE tat-23 ta' Ottubru f'dibattitu mal-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza Daniża.
-
Il-MPE għandhom jikkonfermaw regoli ġodda dwar il-liċenzji tas-sewqan, billi jintroduċu dispożizzjonijiet dwar is-sewwieqa ġodda, l-utenti vulnerabbli tat-triq u l-iskwalifika tas-sewqan.
-
Il-President tal-Parlament Roberta Metsola se tħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2025 għal-Libertà tal-Ħsieb f'nofsinhar fil-plenarja nhar l-Erbgħa.
-
“Self għal riparazzjonijiet” għall-finanzjament tar-rikostruzzjoni u d-difiża tal-Ukrajna se jkun is-suġġett ta’ dibattitu mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill it-Tlieta.
-
Miżuri addizzjonali possibbli biex jintemmu l-importazzjonijiet kollha tal-enerġija mir-Russja u jingħalqu l-lakuni kkawżati minn pajjiżi terzi se jiġu diskussi mill-MPE l-Erbgħa.
Kuntatti:
-
John SCHRANZ
Press Officer (MT) -
Anna ZAMMIT VELLA
Press Officer in Malta