Il-Briefing 
 

Valutazzjoni ta’ tmiem il-mandat għall-Kummissjoni Juncker 

Il-MPE ser jivvalutaw il-ħidma tal-Kummissjoni Juncker it-Tlieta filgħodu.

Minn meta daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni Juncker ittrattat diversi suġġetti, fosthom it-tibdil fil-klima, l-effetti tal-kriżi fl-Eurożona, il-qagħad fost iż-żgħażagħ, il-migrazzjoni, il-Brexit, l-attakki fuq id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, id-diġitalizzazzjoni, id-diżinformazzjoni u diversi tensjonijiet u kunflitti viċin il-fruntieri tal-UE.


Il-MPE ser jivvalutaw il-kwalità tat-tweġibiet tal-Kummissjoni Juncker għal dawn l-isfidi matul dibattitu t-Tlieta filgħodu.


Dibattitu: It-Tlieta 22 ta’ Ottubru

Proċedura: Dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni, segwit minn dibattitu