X'inhu l-Parlament Ewropew? 

Il-Parlament Ewropew (PE) huwa l-fergħa leġiżlattiva tal-Unjoni Ewropea u wieħed mis-seba istituzzjonijiet tagħha.  Il-Parlament huwa kompost minn 705 membru (MPE) li jirrappreżentaw iċ-ċittadini kollha.  Qabel il-Brexit kien hemm 751 membru.


Il-Parlament Ewropew jiddeċiedi dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE, inkluż il-baġit fit-tul tal-UE, flimkien mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (kompost mir-rappresentanti tal-gvernijiet tal-istati membri).  Il-PE jiżgura wkoll l-accountability tal-istituzzjonijiet l-oħra, bħall-Kummissjoni Ewropea.


Huwa jeleġġi l-President tal-Kummissjoni Ewropea u għandu rwol kruċjali fil-verifikazzjoni tal-adegwatezza tal-kummissarji permezz ta' smigħ individwali.  Il-kulleġġ tal-kummissarji - kif jissejjħu s-27 kummissarju kollettivament - imbagħad irid jiġi approvat  permezz ta' vot ta' konsentiment mill-PE.


Il-Membri tal-Parlament Ewropew huma eletti fl-Istati Membri kull 5 snin u jirrappreżentaw l-interessi tal-446 miljun ċittadin tal-UE. Matul is-snin u b'tibdil sussegwenti fit-trattati Ewropej, il-Parlament akkwista setgħat leġiżlattivi u baġitarji sostanzjali.