Kemm hu kbir il-baġit tal-Parlament? 

Il-baġittal-2018 tal-PE ammonta għal ftit anqas minn EUR 2 biljuni li minnhom 44 % huma għal spejjeż tal-persunal, prinċipalment salarji għal madwar 7 000 uffiċjal pubbliku u persunal tal-gruppi politiċi. Il-baġit ikopri wkoll l-ispejjeż ta' interpretazzjoni, l-ispejjeż ta' traduzzjonijiet esternalizzati u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-persunal.


Billi l-Parlament huwa istituzzjoni eletta demokratikament, involuta fit-tfassil ta' liġijiet li huma vinkolanti fl-Istati Membri kollha, proporzjon sinifikanti tal-persunal tagħha qed jaħdem biex jittraduċi jew jinterpreta l-proċedimenti tagħha, sabiex il-Membri u ċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwuhom.


Madwar 22 % tal-baġit tal-2018 kien allokat għall-ispejjeż tal-Membri tal-Parlament Ewropew, inklużi s-salarji, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-uffiċċji u l-ħlas ta' assistenti personali.


In-nefqa fuq il-bini tal-Parlament ammontat għal 14 % tal-baġit. Din tkopri l-kera għall-bini, il-kostruzzjoni, il-manutenzjoni, is-sigurtà u l-ispejjeż operattivi fit-tliet postijiet ta' xogħol ewlenin - Brussell, Lussemburgu u Strasburgu - kif ukoll għall-uffiċċji ta' kollegament tiegħu fl-istati membri.


Il-politika ta' informazzjoni u n-nefqa amministrattiva bħall-informatika u t-telekomunikazzjoni ammontaw għal 15 % fl-2018. L-attivitajiet tal-gruppi politiċi jammontaw għal 6 % oħra tal-baġit.

Kabbar l-immaġni: EP budget 
EP budget        
Il-Baġit tal-Parlament Ewropew tal-2018