Il-bini tal-Parlament 

Il-bini tal-Parlament Ewropew © Parlament Ewropew  

Kif deċiż mill-mexxeja tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE (il-Kunsill Ewropew) fl-1992, il-Parlament għandu tliet postijiet tax-xogħol - Strasburgu (is-sede uffiċjali tiegħu), Brussell u Lussemburgu. Għandu total ta' 29 bini fit-tliet postijiet tax-xogħol. Għandu wkoll xi bini fi Stati Membri oħra fejn jinstabu l-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew.


TOTAL

Brussell

Strasburgu

Il-Lussemburgu

Numru ta' bini

27

17

5

5

Erja ta' superfiċje, m2

1 180 131

659 565

344 283

176 283


Il-Parlament qed jixtri b'mod gradwali l-bini li juża fil-postijiet tax-xogħol ewlenin tiegħu, billi fuq terminu medju u twil dan huwa aktar kosteffettiv milli kieku jikrihom. Biex jissodisfa l-ħtiġijiet għal aktar spazju ta' uffiċċji, pereżempju bħala riżultat tat-tkabbir tal-UE tal-2004, ipprefera li, fejn possibbli, jixtri aktar milli jikri l-bini. L-istess jgħodd għall-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament fl-Istat Membri.


Ix-xiri jiffranka ħafna flus – huwa bejn 40 % u 50 % orħos mill-kiri fuq terminu twil, skont il-Qorti tal-Awdituri. B'kollox, il-Parlament jipposjedi 87.5 % tal-bini tiegħu (151 300 m2 mikrija u 1 052 400 m2 fil-pussess tiegħu). Li kieku jikri l-bini kollu dan jiswa madwar EUR 163 miljun fis-sena.