L-aħħar fruntiera: kif l-UE tappoġġja l-programmi spazjali

Skopri kif jintużaw il-fondi tal-UE għall-industrija spazjali u t-teknoloġija tal-ispazju fl-infografika tagħna.

Liftoff of Sentinel-2B on a Vega launcher from Europe’s Spaceport in French Guiana at 01:49 GMT (02:49 CET) on 7 March 2017. Sentinel-2B is the second satellite in the Sentinel-2 mission for Europe’s Copernicus environment monitoring programme. ©ESA–Stephane Corvaja, 2017
Liftoff of Sentinel-2B on a Vega launcher from Europe’s Spaceport in French Guiana ©ESA–Stephane Corvaja, 2017

Fl-10 ta' Novembru, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni approvaw pjanijiet li jistabbilixxu l-programm spazjali tal-UE għall-2021-2027 u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali. F'Marzu 2021, il-Parlament se jivvota dwar il-programm spazjali ta' EUR 14.8 biljun. Dan il-programm jiġbor flimkien l-attivitajiet kollha relatati mal-ispazju u jkopri s-sistema Galileo, is-sistema Copernicus u s-sistema ta' għarfien ta' sitwazzjonijiet tal-ispazju.

"Baġit ambizzjuż huwa tabilħaqq kruċjali għas-suċċess tal-Programm Spazjali tal-UE" qal Salini, membru Taljan tal-grupp PPE. "Is-sistema tan-navigazzjoni u l-osservazzjoni tad-dinja jtejbu l-prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport li se jipproduċu ħafna benefiċċji fil-livell globali u Ewropew". Pereżempju, is-sistema Galileo tipprovdi servizzi operattivi 24 siegħa kuljum lil kważi 1.3 biljun utent. "Ġestjoni tat-traffiku aktar effiċjenti se tnaqqas l-emissjonijiet u tindirizza l-problema tat-tibdil fil-klima, żieda fl-użu tad-drones se ttejjeb is-servizzi tat-twassil u tal-posta, it-traċċar aħjar tat-titjiriet se jnaqqas il-kanċellazzjonijiet tat-titjiriet u l-istorbju."

It-teknoloġija spazjali hija indispensabbli għal għadd ta' servizzi importanti li jiddependu fuqhom l-Ewropej u jista' jkollha rwol kruċjali biex tindirizza b'mod effettiv sfidi ġodda bħat-tibdil fil-klima, il-kontrolli fil-fruntieri u tgħin biex in-nies li jgħixu fl-UE jibqgħu sikuri. Madankollu, l-ebda wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea m'għandu l-kapaċitajiet li jagħmel dan waħdu. "Is-settur spazjali huwa wkoll fundamentali għall-promozzjoni tal-awtonomija strateġika tal-UE u għat-trawwim tal-kompetittività tal-industrija Ewropea" qal Salini. "Dan isir ta' importanza kbira f'kuntest fejn is-setgħat spazjali tradizzjonali jibqgħu attivi ħafna u, fl-istess ħin, jitfaċċaw atturi ġodda li jisfidaw dejjem aktar il-kompetittività tas-settur spazjali Ewropew."


Dan l-artiklu ġie ppubblikat oriġinarjament fl-2018 u ġie aġġornat f'Marzu 2020

Ara l-infografika tagħna għal aktar fatti
Ara l-infografika tagħna għal aktar fatti