L-elezzjonijiet tal-UE: Kemm-il Membru tal-PE se jirċievi kull pajjiż tal-UE fl-2024?
In-numru tal-Membri tal-PE eletti fl-2024 se jiżdied. Skopri n-numru l-ġdid ta’ Membri tal-PE għal kull pajjiż wara l-elezzjonijiet Ewropej.
F’Settembru 2023, il-Membri tal-PE approvaw id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jiżdied l-għadd ta’ siġġijiet tal-Parlament Ewropew bi 15 għal 720 għal-leġiżlatura 2024–2029.
Il-proposta tal-Kunsill Ewropew kienet ibbażata fuq rapport mill-Parlament li jirrakkomanda ż-żieda ta’ 11-il siġġu.
Siġġijiet għal kull pajjiż għall-elezzjonijiet tal-2024 tal-Parlament Ewropew
Id-distribuzzjoni tas-siġġijiet fil-Parlament Ewropew
Siġġijiet għal kull pajjiż għall-elezzjoni tal-2024
Pajjiżi
|
L-għadd attwali ta’ Membri tal-PE
|
L-għadd ta’ Membri tal-PE fl-2024
|
Tqabbil bejn iż-żewġ kolonni
|
---|---|---|---|
DE
|
96
|
96
|
Mhux mibdul
|
FR
|
79
|
81
|
+2
|
IT
|
76
|
76
|
Mhux mibdul
|
ES
|
59
|
61
|
+2
|
PL
|
52
|
53
|
+1
|
RO
|
33
|
33
|
Mhux mibdul
|
NL
|
29
|
31
|
+2
|
BE
|
21
|
22
|
+1
|
EL
|
21
|
21
|
Mhux mibdul
|
CZ
|
21
|
21
|
Mhux mibdul
|
SE
|
21
|
21
|
Mhux mibdul
|
PT
|
21
|
21
|
Mhux mibdul
|
HU
|
21
|
21
|
Mhux mibdul
|
AT
|
19
|
20
|
+1
|
BG
|
17
|
17
|
Mhux mibdul
|
DK
|
14
|
15
|
+1
|
FI
|
14
|
15
|
+1
|
SK
|
14
|
15
|
+1
|
IE
|
13
|
14
|
+1
|
HR
|
12
|
12
|
Mhux mibdul
|
LT
|
11
|
11
|
Mhux mibdul
|
SI
|
8
|
9
|
+1
|
LV
|
8
|
9
|
+1
|
EE
|
7
|
7
|
Mhux mibdul
|
CY
|
6
|
6
|
Mhux mibdul
|
LU
|
6
|
6
|
Mhux mibdul
|
MT
|
6
|
6
|
Mhux mibdul
|
Total
|
705
|
720
|
|
Kif jiġi deċiż l-għadd ta’ Membri tal-PE għal kull pajjiż?
Il-liġi tal-UE tippermetti massimu ta’ 750 Membru tal-PE, flimkien mal-President. In-numru ta’ siġġijiet għal kull pajjiż jiġi deċiż qabel kull elezzjoni Ewropea.
Id-distribuzzjoni tas-siġġijiet tqis id-daqs tal-popolazzjoni tal-Istati Membri kif ukoll il-ħtieġa għal livell minimu ta’ rappreżentanza għaċ-ċittadini Ewropej minn pajjiżi iżgħar. Dan il-prinċipju ta’ “proporzjonalità digressiva”, li huwa mnaqqax fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ifisser li filwaqt li pajjiżi iżgħar għandhom inqas MEPs minn pajjiżi akbar, il-Membri tal-PE minn pajjiżi akbar jirrappreżentaw aktar nies mill-kontropartijiet tagħhom minn pajjiżi iżgħar.
In-numru minimu ta’ siġġijiet għal kull pajjiż huwa ta’ sitta u l-massimu huwa 96.
Aqra aktar dwar kif jaħdmu l-elezzjonijiet Ewropej