Hekk kif il-Parlament Ewropew dieħel fit-tieni nofs tal-leġiżlatura 2009-2024, il-Membri tal-PE se jeleġġu president ġdid. Skopri aktar dwar il-proċedura fl-infografika tagħna.
Fit-18 ta' Jannar, l-Ewroparlamentari se jagħżlu min se jkun il-president il-ġdid tal-Parlament Ewropew.
Qabel dan, fis-17 ta' Jannar, il-Parlament Ewropew ta omaġġ lill-President preċedenti, David Sassoli, li miet fil-11 ta' Jannar.
Il-kandidati għall-kariga jiġu proposti mill-gruppi politiċi jew minn grupp ta' tal-anqas 36 Ewroparlamentari. Jista' jsiru sa erba' ċikli ta' votazzjonijiet, u l-aħħar waħda tkun bejn iż-żewġ kandidati li jkunu rċevew l-akbar għadd ta' voti fit-tielet ċiklu ta' votazzjoni. Biex jirbaħ, kandidat jeħtieġ jikseb il-maġġoranza tal-voti validi mitfugħa b'mod sigriet.
Il-mandat tal-President huwa ta' sentejn u nofs. Membru jista' jiġi elett f'din il-kariga aktar minn darba.