Is-seba' gruppi politiċi tal-Parlament
Il-Parlament Ewropew jgħodd 705 membri. Kompli aqra biex tara ma' liema mis-seba' gruppi politiċi jpoġġu l-Membri tiegħek.
Il-Membri jorganizzaw ruħhom fi gruppi politiċi li jgħaqqdu rappreżentanti minn Stati Membri differenti skont l-affinitajiet politiċi tagħhom.
Skont ir-regoli tal-Parlament, grupp politiku jrid ikun magħmul minn minimu ta' 23 Membru minn tal-inqas kwart tal-Istati Membri (bħalissa dan ifisser minimu ta' seba' pajjiżi). Il-Membri jistgħu jkunu parti minn grupp politiku wieħed biss, iżda jistgħu jagħżlu li ma jkunux parti minn grupp; dawn jissejħu "mhux affiljati". Bħalissa hemm 46 Membru mhux affiljat fil-Parlament Ewropew.
Grupp politiku jista' jiġi ffurmat fi kwalunkwe mument matul il-leġiżlatura. Bħalissa, sebgħa jissodisfaw il-kriterji.
Il-gruppi politiċi jgawdu minn ċerti vantaġġi: għandhom rwol importanti fit-tiswir tal-aġenda tal-Parlament, jingħataw aktar ħin għad-diskorsi matul id-dibattiti u jingħataw ukoll aktar spazju għall-uffiċċji, persunal u riżorsi finanzjarji. Jiddeċiedu wkoll dwar il-kompożizzjoni tal-kumitati parlamentari u tad-delegazzjonijiet.
Dawn huma l-gruppi politiċi fis-16 ta' Frar 2022, mill-kbir saż-żgħir:
Grupp politiku |
President jew kopresidenti |
Numru ta' membri |
Manfred Weber (il-Ġermanja). Din hija r-raba' leġiżlatura ta' Weber. Ilu jippresjedi l-grupp mill-2014. |
176 |
|
Grupp tal-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew (S&D) |
Iratxe García (Spanja). Ilha Membru tal-PE mill-2004. |
144 |
Grupp Renew Europe |
Stéphane Séjourné (Franza). Din hija l-ewwel leġiżlatura tiegħu. |
102 |
Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea (Ħodor/AĦE) |
Terry Reintke (il-Ġermanja) u Philippe Lamberts (il-Belġju). Reintke ilha Membru tal-PE mill-2014 u saret kopresident tal-grupp fl-2022. Lamberts sar Membru fl-2009 u kopresident fl-2014. |
71 |
Marco Zanni (l-Italja) ilu Membru mill-2014. |
64 |
|
Ryszard Legutko (Polonja) u Nicola Procaccini (Italja). Legutko ilu Membru tal-PE mill-2009 u sar ko-president fl-2017. Procaccini sar Membru fl-2019 u ko-president fl-2023. |
64 |
|
Grupp tax-Xellug fil-Parlament Ewropew |
Manon Aubry (Franza), Membru mill-2019, u Martin Schirdewan (il-Ġermanja), Membru mill-2017. Aubry ġiet eletta f'Mejju 2019. |
3 |
Skopri aktar dwar il-gruppi politiċi u d-daqs tagħhom f'din il-leġiżlatura u fil-leġiżlaturi preċedenti fis-sit tar-riżultati elettorali tagħna.