Prijoritajiet tal-gruppi fil-PE: Identità u Demokrazija 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Identità u Demokrazija (ID) huwa grupp ġdid u l-ħames l-akbar fil-Parlament Ewropew attwali.

Fl-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju, madwar 200 miljun Ewropew eleġġew MPE biex jirrappreżentawhom fil-Parlament Ewropew il-ġdid tul il-ħames snin li ġejjin. Dawk il-MPE huma organizzati f'seba' gruppi bbażati fuq l-affinità politika tagħhom. Skopri aktar dwar il-prijoritajiet ta' kull grupp fis-sensiela ta' filmati tagħna.

Il-grupp Identità u Demokrazija (ID) inħoloq fil-leġiżlatura attwali tal-Parlament Ewropew, is-suċċessur tal-Grupp għal Ewropa tan-Nazzjonijiet u tal-Libertà (ENL). Il-grupp għandu 73 membru, li jagħmluh il-ħames l-akbar forza fil-PE.


Huwa jħaddan MPE minn disa' pajjiżi, bil-maġġoranza ġejjin mill-partit Taljan tal-Lega, in-National Rally Franċiż u l-AfD tal-Ġermanja.


Marco Zanni, Taljan, ġie elett president tal-grupp f'Lulju 2019. Dan hu t-tieni mandat tiegħu fil-PE. Il-grupp għandu żewġ viċi presidenti.


Il-grupp ID isostni li l-fokus tiegħu huwa l-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir, iż-żieda tas-sigurtà u l-indirizzar tal-immigrazzjoni illegali, kif ukoll it-tnaqqis tal-burokrazija fl-UE.


Ebda membru tal-grupp ma jokkupa l-kariga ta' viċi president tal-PE jew president ta' wieħed mill-Kumitati parlamentari.