Kif jiffunzjona l-Parlament: il-President, il-Viċi Presidenti u l-Kwesturi (infografika) 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Skopri l-Bureau tal-Parlament Ewropew li huwa responsabbli għat-tmexxija tal-istituzzjoni u l-ismijiet u r-responsabbiltajiet tal-Viċi Presidenti u tal-Kwesturi.

Infografika  

Il-Parlament jiffunzjona mingħajr intoppi bis-saħħa tal-ħidma tal-Bureau, li huwa magħmul mill-President, 14-il-Viċi President u ħames Kwesturi. Kull membru tal-Bureau għandu portafoll, b'responsabbiltajiet speċifiċi bħalma huma l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, il-ġestjoni tal-binjiet tal-Parlament jew ir-relazzjonijiet mal-Istati Membri. Il-Kwesturi huma responsabbli għal kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji li jikkonċernaw direttament lill-MEPs u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Ara l-infografika biex tara liema huma r-responsabbiltajiet tal-membri attwali tal-Bureau.

Il-membri tal-Bureau kollha huma eletti mill-MEPs għal perjodu ta' sentejn u nofs, jiġifieri l-mandat attwali tagħhom se jintemm f'Jannar 2022.