Skeda: seduti ta' smigħ tal-Kummissarji nominati fil-Parlament 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Il-MPE se jeżaminaw l-idoneità tal-kandidati waqt seduti pubbliċi ta' smigħ fil-Parlament  

Il-kumitati tal-PE se jivvalutaw l-idoneità tal-Kummissarji nominati għall-karigi assenjati f'seduti pubbliċi ta' smigħ bejn it-30 ta' Settembru u t-8 ta' Ottubru. Ara x-xandiriet diretti.

Fid-19 ta' Settembru, il-Konferenza tal-Presidenti, komposta mill-President David Sassoli u l-mexxejja tal-gruppi politiċi, approvat l-aġenda tas-seduti ta' smigħ:


Kummissarju

Portafoll assenjat

Kumitati responabbli

Kumitati assoċjati

It-Tnejn 30 ta' Settembru

14.30 - 17.30

Maroš Šefčovič
(is-Slovakkja)

Relazzjonijiet interistituzzjonali u prospettiva

Affarijiet kostituzzjonali/Affarijiet legali

Petizzjonijiet/Industrija, riċerka u enerġija

18.30 -21.30

Phil Hogan
(l-Irlanda)

Kummerċ

Kummerċ internazzjonali

Mariya Gabriel
(Bulgarija)

Innovazzjoni u Żgħażagħ

Industrija, riċerka u enerġija/Kultura u edukazzjoni

It-Tlieta 1 ta' Ottubru

9.00-12.00

Nicolas Schmit (il-Lussemburgu)

Impjiegi

Impjiegi

Affarijiet ekonomiċi

Jutta Urpilainen
(il-Finlandja)

Sħubijiet internazzjonali

Żvilupp

14.30-17.30

Janusz Wojciechowski
(il-Polonja)

Agrikoltura

Agrikoltura

Ambjent

Ylva Johansson
(l-Iżvezja)

Intern

Libertajiet ċivili, ġustizzja u intern

18.30-21.30

Stella Kyriakides
(Ċipru)

Saħħa

Ambjent

Agrikoltura

L-Erbgħa 2 ta' Ottubru

9.00-12.00

Didier Reynders
(il-Belġju)

Ġustizzja

Libertajiet ċivili, ġustizzja u intern

Suq Intern u Ħarsien tal-Konsumatur

14.30-17.30

Helena Dalli
(Malta)

Ugwaljanza

Ugwaljanza bejn is-sessi/Impjiegi

Libertajiet ċivili, ġustizzja u intern

Sylvie Goulard
(Franza)

Suq intern

Suq intern u ħarsien tal-konsumatur/Industrija, riċerka u enerġija

Affarijiet legali/kultura u edukazzjoni

18.30-21.30

Elisa Ferreira
(il-Portugall)

Koeżjoni u riformi

Żvilupp reġjonali

Baġits/Affarijiet ekonomiċi

Janez Lenarčič
(is-Slovenja)

Ġestjoni tal-kriżijiet

Żvilupp

Ambjent

Il-Ħamis 3 ta' Ottubru

9.00-12.00

Paolo Gentiloni
(l-Italja)

Ekonomija

Affarijiet ekonomiċi

Baġits/Impjiegi

Kadri Simson
(l-Estonja)

Enerġija

Industrija, riċerka u enerġija

Ambjent

14.30-17.30

Virginijus Sinkevičius
(il-Litwanja)

Ambjent u oċeani

Sajd/Ambjent

Johannes Hahn
(l-Awstrija)

Baġit u amministrazzjoni

Baġits/Kontroll tal-baġit

Affarijiet legali

18.30-21.30

Margaritis Schinas
(il-Greċja)

Protezzjoni tal-istil ta' ħajja Ewropew

Libertajiet Ċivili, ġustizzja u intern

Impjiegi

Dubravka Šuica
(il-Kroazja)

Demokrazija u demografija

Affarijiet kostituzzjonali

Impjiegi

It-Tnejn 7 ta' Ottubru

14.30-17.30

Věra Jourová
(iċ-Ċekja)

Valuri u trasparenza

Affarijiet kostituzzjonali/Libertajiet ċivili, ġustizzja u intern

Affarijiet legali

Josep Borrell
(Spanja)

Kap tal-politika barranija tal-UE

Affarijiet barranin

It-Tlieta 8 ta' Ottubru

9.00-12.00

Valdis Dombrovskis
(il-Latvja)

Servizzi finanzjarji

Affarijiet ekonomiċi/Impjiegi

Baġits

14.30-17.30

Margrethe Vestager
(id-Danimarka)

Kompetizzjoni

Industrija, riċerka u enerġija/Suq intern u ħarsien tal-konsumatur/Affarijiet ekonomiċi

Affarijiet legali

18.30-21.30

Frans Timmermans (in-Netherlands)

Patt Ekoloġiku Ewropew

Ambjent

Industrija, riċerka u enerġija/Trasport


Il-President elett tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, ħabbret il-portafolli tal-Kulleġġ tal-Kummissarji propost tagħha fl-10 ta' Settembru.

Il-persuni nominati ġew deċiżi mill-President elett tal-Kummissjoni u mill-gvernijiet nazzjonali. Kull wieħed u waħda minnhom iridu jiġu vvalutati mill-kumitati tal-Parlament Ewropew li jkopru l-portafoll li għalih ġew proposti, qabel ma l-Parlament jivvota dwar il-Kummissjoni kollha kemm hi.

Il-MPE sejrin jivvalutaw jekk kull persuna nominata hijiex idonea għall-pożizzjoni proposta u jekk hijiex lesta twettaq il-programm li von der Leyen fissret lill-Parlament f'Lulju. Kull seduta ta' smigħ iddum tliet sigħat u se tixxandar dirett fuq l-internet.


Il-passi li jmiss

Wara s-seduti ta' smigħ, il-kumitati jħejju ittri ta' evalwazzjoni dwar kull kandidat. Il-Parlament mistenni jivvota dwar il-Kummissjoni l-ġdida kollha fit-23 ta' Ottubru. Skopri aktar dettalji dwar il-proċedura fl-infografika tagħna.