Ir-rebbieħ tal-premju Sakharov 2018 Oleg Sentsov jirċievi l-premju tiegħu  

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Oleg Sentsov, David Sassoli  

Ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2018, id-direttur tal-films Ukrain, u attivist għad-drittijiet tal-bniedem Oleg Sentsov, aċċetta l-premju fi Strasburgu fis-26 ta’ Novembru.

Huwa seta jaċċetta personalment il-premju 2018 għall-Libertà tal-Ħsieb wara li nħeles mill-ħabs fis-7 ta’ Settembru 2019 bħala parti minn skambju ta’ ħabsin bejn ir-Russja u l-Ukraina. Huwa ġie impriġunat talli ipprotesta l-annessjoni mir-Russja tal-Krimea fil-Pjazza tal-Indipendenza f’Kiev.


Meta ta l-premju, il-President tal-PE David Sassoli qal: “Sur Sentsov, inti dejjem żammejt mal-prinċipji u l-konvinzjonijiet tiegħek u ta dan ħallast prezz għoli ħafna. Ħadd m’għandu jkollu jħallas prezz bħal dan.”


Sassoli faħħar il-kuraġġ tal-ġellieda għal-libertà li jitkellmu meta jinkisru d-drittijiet tal-bniedem. “Is-Sur Sentsov inħeles iżda ħafna oħrajn, fosthom bloggers u ġurnalisti bħal Stanyslav Aseev għadhom qed jinżammu priġunieri fl-Ukraina tal-Lvant. Qed nappellaw biex dawn in-nies jinħelsu.”


Hu u jirċievi l-premju, Oleg Sentsov qal: “(...) Huwa unur enormi għalija u responsabbiltà kbira ħafna biex nirċievi dan il-premju. Naċċetta u nirċievi dan il-premju mhux bħala unur personali iżda bħala premju lill-priġunieri politiċi Ukraini kollha li kienu jew qiegħdin f’ħabsijiet Russi.” Huwa faħħar l-UE u l-valuri demokratiċi tagħha u kkritika l-metodi “militaristiċi” tar-Russja.



Dwar Oleg Sentsov


Sentsov huwa direttur tal-films li ngħata sentenza ta’ 2- sena ħabs għall-“ippjanar ta’ atti terroristiċi” kontra s-saltna de facto tar-Russja fil-Krimea. Amnesty International iddeskrieva l-proċess ġudizzjarju bħala wieħed “inġust quddiem qorti militari”.


Huwa sar simbolu għall-madwar 70 persuna Ukraina li ġew arrestati illegalment u ngħataw sentenzi taż ħabs twal mill-forzi ta’ okkupazzjoni Russi fil-peniżola tal-Krimea.


Sentsov kien ilu fuq strika tal-ġuħ min-nofs Mejju sas-6 ta’ Ottubru, meta temm l-istrike wara li ġie mhedded li kien ser jinġiegħel jiekol.



Ara l-vidjo tagħhna biex tiskopri aktar dwar Oleg Sentsov.


Il-finalisti tal-2018

Skopri aktar dwar il-finalisti għall-premju tal-2018 - l-NGOs li qed jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u jsalvaw il-ħajjiet tal-migranti fil-baħar tal-Mediterran u Nasser Zefzafi, il-mexxej ta’ Hirak, moviment ta’ protesta fir-reġjun tar-Rif fil-Mar