Infografika: skopri aktar dwar il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida għandha ħafna esperjenza politika u aktar nisa minn qatt qabel. Ara l-infografika tagħna għad-dettalji kollha.

Infografika  

Il-Kummissarji Ewropej il-ġodda, eletti mill-Parlament Ewropew fis-27 ta' Novembru bħala tim wieħed, jinkludu 12-il mara, numru akbar meta mqabbel mal-ammont ta' nisa (9) li kien hemm fil-Kummissjoni ta' Jean-Claude Juncker meta bdiet taqdi l-mandat tagħha fl-2014. Għall-ewwel darba, il-President tal-Kummissjoni hija mara wkoll: Ursula von der Leyen kisbet l-approvazzjoni tal-Parlament għall-kariga f'Lulju.


Il-biċċa l-kbira tal-kummissarji fit-tim ta' Ursula von der Leyen servew bħala ministri fil-gvernijiet ta' pajjiżhom fil-passat. Disgħa kienu Membri tal-Parlament Ewropew.


L-iżgħar Kummissarju huwa l-Litwan Virginijus Sinkevičius, li għandu 29 sena, mentri l-ikbar wieħed huwa l-ex President tal-Parlament Ewropew Josep Borrell, li għandu 72.


Il-Parlament Ewropew organizza seduti ta' smigħ mal-Kummissarji nnominati kollha sabiex il-Membri jkunu jistgħu jivvalutaw l-idoneità tagħhom u jaraw li jkollhom il-kapaċità u l-viżjoni li jaġixxu fl-interess tal-Ewropej.