X'setgħat għandha l-UE? (filmat) 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

It-Trattati tal-UE jagħtu lill-Unjoni Ewropea ċerti setgħat. Kun af dwar il-kompetenzi tal-UE u kif taħdem mal-Istati Membri tagħha.

Il-pajjiżi tal-UE qablu li jagħtu lill-Unjoni kompetenzi esklussivi inklużi l-konklużjoni ta' ftehimiet kummerċjali f'isem il-blokk u l-ġestjoni tal-euro.


F'ħafna oqsma oħra, l-UE taqsam il-kompetenzi mal-Istati Membri, li jfisser li kemm l-UE kif ukoll il-pajjiżi tal-UE jistgħu jadottaw atti legalment vinkolanti. F'oqsma oħra, l-Istati Membri jieħdu r-rwol ewlieni, filwaqt li l-UE tappoġġja jew tikkomplementa l-azzjonijiet tagħhom.


Skopri aktar fil-filmat tagħna.