Rebbieħa nazzjonali tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2022

Żgħażagħ ta' bejn 16 u 30 sena, li qed jaħdmu fuq proġett b'dimensjoni Ewropea, jistgħu japplikaw għal dan il-Premju u jirbħu fondi biex ikomplu jiżviluppaw l-inizjattiva tagħhom.

Il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej jingħata kull sena mill-Parlament Ewropew u mill-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Karlu Manju ta' Aachen bħala rikonoxximent għal proġetti li jsiru miż-żgħażagħ u li jkollhom dimensjoni Ewropea qawwija. Mill-2008, ikkompetew għal dan il-Premju iktar minn 4,250 proġett.


Ir-rebbieħ nazzjonali

Skopri r-rebbieħa nazzjonali tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2022.

Skopri r-rebbieħa nazzjonali tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2022. Il-premju


Se jintagħżlu tliet proġetti rebbieħa minn total ta' 26 proġett innominati minn ġuriji nazzjonali f'kull pajjiż tal-UE. L-ewwel premju jammonta għal €7,500, it-tieni premju għal €5,000 u t-tielet premju għal €2,500. Jekk is-sitwazzjoni tippermetti, ir-rappreżentanti tal-proġetti nazzjonali rebbieħa kollha se jiġu mistiedna għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni f'Aachen, il-Ġermanja, fl-24 ta' Mejju 2022.


Ir-regoli

Biex ikunu eliġibbli, il-proġetti jridu jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

  • jippromwovu l-komprensjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali;
  • irawmu sens komuni ta' identità u integrazzjoni Ewropej;
  • iservu ta' mudell għaż-żgħażagħ li jgħixu fl-Ewropa; u
  • joffru eżempji prattiċi ta' Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda.


Aqra aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-Premju.

Għad għandek xi mistoqsijiet? Ibgħat email lil youth@ep.europa.eu


Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2021

Fl-2021 l-ewwel premju ntrebaħ mill-proġett taċ-Ċekja Fakescape li juża l-logħob biex jgħallem liż-żgħażagħ kif jaħsbu b'mod kritiku u jagħrfu l-aħbarijiet foloz.

Kompli aqra dwar ir-rebbieħa tal-2020 u tal-2021 fl-artiklu tagħna.


Midja soċjali

Ingħaqad fid-diskussjoni fuq il-midja soċjali permezz tal-hashtag #ECYP2022


Kalendarju

  • L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-13 ta' Frar 2022.
  • Ir-rebbieħa nazzjonali jintgħażlu sal-20 ta' Marzu.
  • L-evalwazzjoni tal-ġurija Ewropea ssir mill-20 ta' Marzu sal-11 ta' April 2022.
  • Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni f'Aachen issir fl-24 ta' Mejju 2022.

Charlemagne Youth Prize