Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej: iltaqa' mar-rebbieħa tal-2022

Proġett Portugiż dwar il-kooperazzjoni transfruntiera permezz tal-mużika rebaħ il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej tal-2022.

Kull sena l-ġuriji nazzjonali u Ewropej jagħżlu proġett minn kull pajjiż tal-UE. Is-26 rebbieħ nazzjonali ġew mistiedna għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni f'Aachen fl-24 ta' Mejju, fejn tħabbru t-tliet rebbieħa Ewropej.



Ir-rebbieħa Ewropej


L-ewwel premju hu ta' €7,500, filwaqt li t-tieni u t-tielet premju huma ta' €5,000 u €2,500 rispettivament.

L-ewwel premju ntrebaħ mill-proġett Portugiż "Orquestra Sem Fronteiras" [MT: Orkestra Mingħajr Fruntieri], li jippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-Portugall u Spanja, permezz tal-mużika ta' talenti żgħażagħ li jgħixu fiż-żewġ pajjiżi, bil-għan li jittaffew l-inugwaljanzi soċjali u kulturali.


It-tieni premju
ntrebaħ mill-proġett Ċek "Politika (nejen) pro Mladé" [MT: Il-Politika (Mhijiex Biss) għaż-Żgħażagħ], li jlaqqa' flimkien politiċi żgħażagħ mill-ispettru politiku kollu biex jiddibattu l-politika, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jistinkaw għal soċjetà ċivili żagħżugħa infurmata u attiva.


Sit web

Facebook

Discord

Instagram

YouTube


It-tielet premju ntrebaħ mill-proġett Ġermaniż "Ukrainian Vibes – European Public Sphere" (Sensazzjonijiet Ukreni – L-Isfera Pubblika Ewropea) , organizzat permezz ta' Democracy International. Il-proġett, li dam għaddej minn April sa Ottubru 2021, laqqa' flimkien nies minn 36 pajjiż għal diskussjonijiet virtwali dwar id-demokrazija, l-iżvilupp u l-integrazzjoni Ewropea, b'enfasi fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna. Huma ppubblikaw uħud mill-proposti ġġenerati fuq il-pjattaforma COFOE.


Sit web

Facebook

Instagram

Twitter

YouTube

Rebbieħa nazzjonali

Skopri aktar dwar ir-rebbieħa nazzjonali tal-2022.


Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej


Il-premju, mogħti b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Fondazzjoni Internazzjonali tal-Premju Karlu Manju, huwa miftuħ għal inizjattivi minn żgħażagħ ta' bejn is-16 u t-30 sena involuti fi proġetti li jippromwovu l-fehim Ewropew u internazzjonali. Mill-2008, ikkompetew għal dan il-Premju iktar minn 4,650 proġett.


Filmat taċ-ċerimonja se jkun disponibbli fuq il-kanal Youtube tal-Akkademja tal-Premju Charlemagne.

Aktar dwar l-ECYP