Il-MPE japprovaw il-bidliet fil-Kummissjoni Ewropea 

Stqarrija 
Is-sessjoni plenarja 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Mairead McGuinness, il-Kummissarju l-ġdida u l-Kummissarju Valdis Dombrovskis, li ser iżid il-kummerċ mal-portafoll attwali tiegħu  

Nhar l-Erbgħa, il-Parlament approva l-ħatra ta' Mairead McGuinness bħala Kummissarju u l-bidla tal-portafoll tal-Viċi President Eżekuttiv Valdis Dombrovskis.

L-attwali Viċi President tal-Parlament Ewropew, Mairead McGuinness (Irlanda) se tkun il-Kummissarju responsabbli għas-Servizzi Finanzjarji, l-Istabbiltà Finanzjarja u s-Swieq Kapitali. Il-ħatra tagħha ġiet approvata b'515 favur, 110 kontra u 70 astensjoni.


Il-bidla tal-portafoll għall-Viċi-President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis (Latvja) ġiet approvata b'583 favur, 75 kontra u 37 astensjoni. Issa huwa jinsab responsabbli għall-Kummerċ.


Ir-reshuffle fil-Kummissjoni Ewropea saret wara li l-Kummissarju għall-Kummerċ Phil Hogan irreżenja fl-aħħar ta' Awwissu.


Iż-żewġ kandidati kellhom jgħaddu minn sessjonijiet ta' smigħ pubbliku li damu għaddejjin tliet sigħat fil-Parlament Ewropew fit-2 ta' Ottubru biex il-MPE jkunu jistgħu jevalwaw il-kompetenzi tagħhom fir-rigward tal-portafolli rispettivi tagħhom.