L-MEPs jilqgħu l-unità dwar il-Brexit u jappellaw għal riforma tal-UE 

Stqarrija 
Is-sessjoni plenarja 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

MEPs jiddibattu l-linji gwida dwar il-Brexit maqbula mill-Kunsill Ewropew  

L-MEPs laqgħu l-unità  tas-27 stat membru  u l-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tal-Brexit u sejħu wkoll għal riforma tal-UE li tibbenefika liċ-ċittadini kollha.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ippreżenta l-Linji Gwida għan-negozjati dwar il-Brexit miftiehma mill-istati membri fid-29 ta’ April.  Huwa laqa’ l-allinjament mal-linji ħomor stabbiliti mill-Parlament Ewropew.  Il-mandat ta’ negozjar dettaljat ser jiġi ppreżentat għall-adozzjoni fis-summit tal-Kunsill Ewropew fit-22 ta’ Mejju.


Flimkien man-negozjatur Michel Barnier, il-maġġoranza tal-MEPs enfasizzaw l-unità li ntweriet s’issa bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u s-27 stat membru li huma determinati li jinsab ftehim bilanċjat mar-Renju Unit.


Id-dibattitu ffoka fuq il-bażi għan-negozjati futuri, kif fakkar is-Sur Barnier:


  • m’għandhomx isiru negozjati dwar ir-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit qabel ma jkun sar “progress tanġibbli” fuq il-modalitajiet ta’ ħruġ mill-UE,
  • garanzija tad-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej affettwati mid-deċiżjoni tar-Renju Unit biex joħroġ mill-UE,
  • ll-proċess ta’ paċi fl-Irlanda ta’ Fuq irid jitkompla (inkluż permezz tan-nuqqas ta’ fruntiera fiżika bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq),
  • Ir-Renju Unit għandu jirrispetta l-impenji finanzjarji kollha li għamel bħala stat membru.

Bosta MEPs qalu li l-vot dwar il-Brexit u ż-żieda fil-populiżmu f’xi pajjiżi, partikolarment fi franza u fl-Olanda, għandhom ikunu lezzjoni gġall-mexxejja Ewropej.  Filwaqt li r-rebħiet tal-partiti pro-Ewropej għandhom jintlaqgħu, bosta MEPs ħeġġew biex ma jsirux illużjonijiet li l-populiżmu u n-nazzjonaliżmu mietu”.  Aktr minn qatt qabel, huwa vitali li t-tilwim taċ-ċittadin jinstema u li jingħataw tweġibiet, qalu l-MEPs.


Links għar-replay


Donald TUSK, for the Council


Jean-Claude JUNCKER, for the Commission


Manfred WEBER (EPP, DE)


Roberto GUALTIERI (S&D, IT)


Raffaele FITTO (ECR, IT)


Guy VERHOFSTADT (ALDE, BE)


Gabriele ZIMMER (GUE/NGL, DE)


Philippe LAMBERTS (Greens/EFA, BE)


Nigel FARAGE (EFDD, UK)


Marcel de GRAAFF (ENF, NL)


Closing statements


Michel BARNIER (part. 1)


Michel BARNIER (part. 2)


Donald TUSK




DibattituL-Erbgħa 17 ta’ Mejju

ProċeduraDikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni

#euco, #Brexit @eucopresident