Innaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-UE 

Aġġornata(a): 
 
Maħluq(a):   
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Innaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-UE: objettivi nazzjonali għall-2030

Ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi jistabbilixxi objettivi nazzjonali sabiex jitnaqqsu l-gassijiet b'effett ta' serra biex l-UE tkun tista' tissodisfa l-impenji tagħha skont il-Ftehim ta' Pariġi.

X'inhija l-kondiviżjoni tal-isforzi?

Biex jgħinu fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, f'Ottubru 2014 il-mexxejja tal-UE adottaw il-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, li jinkludi objettivi vinkolanti biex l-emissjonijiet fl-UE jitnaqqsu b'tal-anqas 40 % taħt il-livelli tal-1990 sas-sena 2030. F'setturi bħat-trasport, l-agrikoltura, il-bini u l-ġestjoni tal-iskart it-tnaqqis se jkun ta' 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005. Dawn is-setturi jiġġeneraw il-biċċa l-kbira tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-UE (madwar 60 % tal-emissjonijiet totali tal-UE fl-2014).

Infografika: Il-progress tal-UE fl-għanijiet tagħha għat-tibdil fil-klima

 L-objettivi ta' hawn fuq huma wkoll parti mill-impenn tal-UE fil-Ftehim ta' Pariġi.

Biex jiġi garantit li l-pajjiżi kollha jipparteċipaw fl-isforzi tal-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet li ġejjin mis-setturi msemmija hawn fuq, id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi tistabbilixxi objettivi annwali vinkolanti għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għall-pajjiżi tal-UE għall-perjodu 2013-2020.

 L-MEPs issa qed jaħdmu fuq regolament ġdid li se jkun is-suċċessur tad-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi. Il-proposta tistipula l-kontributi minimi tal-pajjiżi tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-perijodu 2021-2030 kif ukoll ir-regoli biex jiġu determinati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u dwar kif jiġi evalwat il-progress.

X'inhuma l-objettivi nazzjonali proposti?

 Billi l-kapaċità biex inaqqsu l-emissjonijiet tvarja skont l-Istat Membru, dan jiġi kkunsidrat billi l-objettivi jiġu bbażati fuq il-prodott domestiku gross per capita tal-pajjiżi. L-objettivi li jirriżultaw għall-2030 ivarjaw minn 0 % sa -40 %, meta mqabbla mal-livelli tal-2005, u huma kompatibbli mal-objettiv ġenerali tal-UE ta' tnaqqis ta' 30 %.

 

Stat Membru

L-objettiv għall-2030 meta mqabbel mal-2005

Il-Lussemburgu

-40%

L-Iżvezja

-40%

Id-Danimarka

-39%

Il-Finlandja

-39%

Il-Ġermanja

-38%

Franza

-37%

Ir-Renju Unit

-37%

In-Netherlands

-36%

L-Awstrija

-36%

Il-Belġju

-35%

L-Italja

-33%

L-Irlanda

-30%

Spanja

-26%

Ċipru

-24%

Malta

-19%

Il-Portugall

-17%

Il-Greċja

-16%

Is-Slovenja

-15%

Ir-Repubblika Ċeka

-14%

L-Estonja

-13%

Is-Slovakkja

-12%

Il-Litwanja

-9%

Il-Polonja

-7%

Il-Kroazja

-7%

L-Ungerija

-7%

Il-Latvja

-6%

Ir-Rumanija

-2%

Il-Bulgarija

0%

 

Sors: Briefing tal-Parlament Ewropew

 

Se titfassal strateġija biex jitnaqqsu l-emissjonijiet għal kull pajjiż tal-UE sabiex jiġi żgurat li dawn inaqqsu l-emissjonijiet b'ritmu kostanti matul il-perjodu kollu. 

Se tinħoloq riżerva ta' sigurtà b'total ta' 105 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 u se tkun disponibbli fl-2032. Din hija maħsuba biex tgħin lill-pajjiżi anqas għonja tal-UE jilħqu l-objettivi tagħhom għas-sena 2030. Ir-riżerva tkun aċċessibbli biss jekk l-UE tilħaq l-objettiv tagħha tal-2030 u dan ikun biss b'kundizzjonijiet stretti.

Madankollu, se tkun possibbli xi ftit flessibilità. Pereżempju, il-pajjiżi tal-UE ser ikunu jistgħu jfaddlu, jissellfu u jittrasferixxu allokazzjonijiet ta' emissjonijiet annwali bejn xulxin minn sena għal oħra.

 

Traffic jam ©AP Images/European Union-EP  

X'qed jipproponi l-Parlament? 

Biex jiżguraw prevedibbiltà fit-tul, l-MEPs jipproponi wkoll li jiġi stabbilit objettiv għall-2050, jiġifieri li l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jitnaqqsu b'80 % meta mqabbel mal-livelli tal-2005.

Il-Membri jridu wkoll li jingħata appoġġ aħjar lill-pajjiżi tal-UE bi dħul baxx. Sakemm ikunu ħadu, jew ikunu se jieħdu, azzjoni qabel l-2020, huma jiġu ppremjati b'aktar flessibbiltà matul l-aħħar parti tal-iskema.

 

Il-passi li jmiss

L-MEPs se jivvotaw dwar il-proposta matul is-sessjoni plenarja ta' April fi Strasburgu.

 

Inizjattivi oħrajn biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra

Hemm żewġ biċċiet oħra ta' leġiżlazzjoni biex jgħinu lill-UE twettaq l-impenji tagħha skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima: