L-effetti tat-tibdil fil-klima fl-Ewropa (infografika) 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

It-tibdil fil-klima diġà qed ikollu konsegwenzi wiesgħa għas-saħħa tal-bniedem, għall-ambjent u għall-ekonomiji madwar l-Ewropa kollha. Skopri aktar mill-mappa tagħna.

Il-bidliet osservati fil-klima diġà qed ikollhom effetti wiesgħa fuq l-ekosistemi, is-setturi ekonomiċi u s-saħħa u l-benessri tal-bniedem fl-Ewropa.

It-tibdil fil-klima qed jaffettwa r-reġjuni kollha fl-Ewropa; madankollu, l-impatt mhuwiex uniformi. Il-biċċa l-kbira tal-effetti tat-tibdil fil-klima madwar l-Ewropa kienu ta' ħsara, għalkemm xi effetti kienu ta' benefiċċju, pereżempju t-tnaqqis fid-domanda għat-tisħin u xi benefiċċji għall-agrikoltura fit-Tramuntana tal-Ewropa.

Ara l-mappa tagħna biex tara kif ir-reġjun tiegħek jista' jintlaqat.

Dwar il-mappa tagħna

Il-mappa turi t-tibdil fil-klima, sew dak osservat u dak ipproġettat, u l-impatti tiegħu għar-reġjuni bijoġeografiċi ewlenin fl-Ewropa. Id-data hija meħuda mir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent It-Tibdil fil-Klima, Impatti u Vulnerabbiltà fl-Ewropa.

Rigward il-kawżi tat-tibdil fil-klima fl-Ewropa, ara l-infografika tagħna dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra skont il-pajjiż u s-settur fl-UE.

 

L-effetti tat-tibdil fil-klima fl-Ewropa (infografika)