Dibattitu dwar il-baġit tal-UE u l-irkupru: “Ftehim fil-Kunsill mhuwiex l-aħħar ftehim” 

Stqarrija 
Is-sessjoni plenarja 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

il-proposti tal-Kummissjoni għall-baġit u l-irkupru fit-tul huma l-minimu aċċettabbli għall-Parlament.  

B’ħarsa lura lejn is-summit ta’ Ġunju u ‘l quddiem lejn il-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Lulju, il-MPE ikkomunikaw il-pożizzjoni tagħhom dwar il-finanzjament tal-UE u l-irkupru ekonomiku.

Fid-dibattitu mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel u l-Kummissarju Maroš Šefčovič, il-biċċa l-kbira tal-MPE tennew li l-proposti tal-Kummissjoni għall-pakkett ta’ rkupru u għal baġit ġdid fit-tul tal-UE huma l-minimu assolut li huwa aċċettabbli għall-Parlament.


Il-MPE talbu wkoll pjan ta’ ħlas lura xieraq, li jinkludi diversi “Riżorsi Proprji tal-UE” ġodda — sorsi ta’ dħul — bħal taxxa diġitali jew waħda bbażata fuq l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), biex jiġi evitat li ċ-ċittadini jkollhom iħallsu lura d-dejn ta’ rkupru.


Diversi membri insistew li

  • il-kundizzjonijiet marbuta mal-fondi ta’ rkupru m’għandhomx iwasslu għal miżuri ġodda ta’ awsterità,
  • l-Istat tad-dritt irid jiġi rispettat,
  • l-investimenti għandhom isaħħu r-reżiljenza tal-UE, pereżempju billi tingħata spinta lill-aġenda diġitali.

Filwaqt li għal xi MPE il-pakkett kollu jammonta għal “ammont żgħir ta’ 1.5 %” tal-GNI tal-UE, oħrajn, madankollu, qalu li d-daqs tal-pakkett kien kbir wisq u ddeploraw li l-UE se tkun qed tiddejjen.


Għadd ta’ MPE qalu li huwa importanti li wieħed iħares lejn it-terminu twil, f’każ li jkun hemm aktar konfinamenti. Huma ssottolinjaw li “ftehim fil-Kunsill mhuwiex il-ftehim finali”, peress li l-Parlament Ewropew jinsab lest li jinnegozja. Il-Parlament fil-fatt għandu sehem finali (votazzjoni b’maġġoranza assoluta) qabel ma jkun jista’ jidħol fis-seħħ il-baġit fit-tul tal-2021–2027 (QFP).


Kif previst fl-Artikolu 324 tat-Trattat, David Sassoli, il-President tal-Parlament Ewropew, Angela Merkel, il-Kanċillier Ġermaniż, fil-kapaċità tagħha bħala l-Presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill, kif ukoll Charles Michel, il-President tal-Kunsill Ewropew, iltaqgħu mal-President tal-Kummissjoni von der Leyen fit-8 ta’ Lulju biex jevalwaw il-progress u jħejju n-negozjati politiċi li jmiss.


Sfond


Fid-19 ta’ Ġunju, il-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal-UE kellhom skambju ta’ fehmiet permezz ta’ konferenza bil-vidjo biex jiddiskutu l-pjanijiet ta’ fondi ta’ rkupru biex jirrispondu għall-kriżi tal-COVID-19 u baġit ġdid fit-tul tal-UE ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea fis-27 ta’ Mejju 2020 fil-Parlament.Ma rnexxilhomx jaqblu fuq pożizzjoni komuni.


Il-mexxejja tal-UE ser jerġgħu jiltaqgħu fiżikament, fi Brussell fis-17 ta’ Lulju biex jippruvaw jilħqu ftehim bejniethom abbażi ta’ proposti konkreti li Charles Michel, il-President tal-Kunsill Ewropew, huwa mistenni li jippreżenta qabel il-laqgħa tas-summit.


Erġa’ ara d-dikjarazzjonijiet individwali


Charles MICHEL, President tal-Kunsill Ewropew

Maroš ŠEFČOVIČ, għall-Kummissjoni

Siegfried MUREŞAN (EPP, RO)

Iratxe GARCÍA PÉREZ (S&D, ES)

Valérie HAYER (Renew Europe, FR)

Gilles LEBRETON (ID, FR)

Philippe LAMBERTS (Greens/EFA, BE)

Johan VAN OVERTVELDT (ECR, BE)

Manon AUBRY (GUE/NGL, FR)