Filmat: X'inhu l-qafas finanzjarju pluriennali?

Il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) huwa pjan ta' kemm jista' jiġi investit f'politiki li jsaħħu l-futur tal-Ewropa. Aktar fil-filmat tagħna.

What is the multiannual financial framework or MFF?

Il-qafas finanzjarju pluriennali, jew il-baġit fit-tul tal-UE, jistabbilixxi kemm l-Unjoni Ewropea tista' tinvesti fuq ħames sa seba' snin fuq proġetti u programmi li jsaħħu l-futur tal-Ewropa. L-investimenti ffinanzjati mill-baġit tal-UE huma ta' benefiċċju għar-reġjuni, il-bliet, il-bdiewa, l-universitajiet, in-negozji u l-Ewropej kollha.

 

Il-Parlament Ewropew, elett direttament mill-votanti madwar l-UE, għandu rwol ċentrali fid-determinazzjoni tal-baġit fit-tul. Bil-qafas finanzjarju pluriennali attwali li għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020, il-Parlament issa jinsab f'negozjati mal-Kunsill u mal-Kummissjoni dwar il-baġit 2021-2027. Żomm ruħek aġġornat mal-iżvilluppi hawnhekk.

 

Aktar qari: