Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Artikli 

A police officer at work. ©BELGA/AFP/G.JULIEN        

Il-kriminali ilhom jipprovaw jabbużaw mill-opportunitajiet li toffri dinja li kull ma jmur qed issir dejjem iżjed globalizzata, kif jidher mit-3,600 organizzazzjoni kriminali internazzjonali li attwalment qed joperaw fl-UE. Il-PE nieda kumitat speċjali biex jinvestiga l-problema u joħroġ bl-aħjar modi possibbli biex dawn jiġu miġġielda.

Drug and cash        
Stqarrija 

Stqarrija 

Miżuri biex tiġi ttrattata l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus ġew stabbiliti fi pjan ta' azzjoni tal-UE għall-2014-2019 rrakkomandat mill-Parlament nhar l-Erbgħa. Il-qbid tal-assi finanzjarji tan-netwerks tal-kriminalità organizzata u l-eliminazzjoni tas-sori tagħhom ta' dħul jinsabu fuq il-quċċata tal-lista. Kważi 4000 organizzazzjoni kriminali internazzjonali huma mifhuma li qed joperaw fl-UE fl-2013.

Interview with MEP Salvatore Iacolino        

Il-kumitat speċjali tal-PE dwar il-kriminalità organizzata approva r-rapport finali tiegħu nhar is-17 ta' Settembru b'segwitu għal 18-il xahar ta' ħidma, fejn stipula kif l-UE tista' taffronta l-problema b'mod aktar effikaċi. Tkellimna mal-awtur tar-rapport, Salvatore Iacolino, membru Taljan tal-Grupp PPE li saħaq fuq il-fatt li r-rakkomandazzjonijiet fir-rapport kienu lesti biex jitwettqu.

Artikli 

View of the material seized by the Spanish National Police ©BELGA/EFE/A.Diaz        

Il-kriżi u t-teknoloġiji l-ġodda għamluha aktar faċli għall-kriminali li jaħslu l-flus, minkejja d-direttivi attwali tal-UE fis-seħħ u l-aħjar sforzi tal-aġenziji għall-infurzar tal-liġi. Il-kumitat speċjali tal-Parlament dwar il-kriminalità organizzata tella' sessjoni ta' smigħ pubblika fit-12 ta' Novembru biex jiddiskuti mal-esperti dwar x'jista' jsir.

ITW with Sonia Alfano        

Hija iebsa li timmaġina lil xi ħadd b'aktar esperjenza minn Sonia Alfano għall-kariga ta' president tal-Kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus li l-PE waqqaf dan l-aħħar. Mhux talli hi minn Sqallija, imma talli ilha tiġġieled kontra l-kriminalità organizzata minn mindu l-mafja qatlet lil missierha fl-1993.

Stqarrija 

Il-Parlament stabilixxa kumitat parlamentari speċjali biex jinvestiga l-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus. Il-kumitat se jkollu sena ċans biex jara x'infiltrazzjoni hemm fl-ekonomika legali, fl-amministrazzjoni pubblika u s-sistemi finanzjarji tal-UE u biex jipproponi mezzi biex tiġi solvuta s-sitwazzjoni.