Prijoritajiet tal-gruppi fil-PE: Il-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej
Il-grupp ċentru-lemini tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej (ECR) huwa s-sitt l-akbar forza politika fil-PE attwali.
Fl-elezzjonijiet Ewropej ta' Mejju, madwar 200 miljun Ewropew eleġġew MPE biex jirrappreżentawhom fil-Parlament Ewropew il-ġdid tul il-ħames snin li ġejjin. Dawk il-MPE huma organizzati f'seba' gruppi bbażati fuq l-affinità politika tagħhom. Skopri aktar dwar il-prijoritajiet ta' kull grupp fis-sensiela ta' filmati tagħna.
Il-grupp konservattiv ECR twaqqaf fl-2009. Huwa għandu 62 siġġu fil-Parlament Ewropew, u b'hekk huwa s-sitt l-akbar grupp fost is-seba' gruppi politiċi fil-leġiżlatura attwali. Il-grupp iħaddan membri minn15-il pajjiż tal-UE.
Il-grupp għandu żewġ kopresidenti: Ryszard Legutko, MPE Pollakk li ilu kopresident mill-2017 u li fl-2019 ġie elett għat-tielet mandat, u Raffaele Fitto, Taljan, li ġie elett kopresident f'Ġunju. Fitto kien MPE bejn l-1999 u l-2000 u reġa' beda jservi fl-2014. Il-grupp għandu sitt viċi presidenti.
Il-grupp ECR jemmen li l-Ewropa teħtieġ bidla lejn id-deċentralizzazzjoni u inqas burokrazija. Huma jridu wkoll jippromwovu l-kummerċ liberu u ġust u l-irpiljar ekonomiku, it-tkabbir u l-kompetittività kif ukoll riforma tas-sistema ta' migrazzjoni tal-UE
Tnejn mill-20 president tal-Kumitati parlamentari huma membri tal-ECR.
Għal aktar informazzjoni
- (iftaħ f’tab ġdida) Il-grupp ECR fuq twitter
- Il-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew
- (iftaħ f’tab ġdida) Riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej skont il-grupp politiku
- (iftaħ f’tab ġdida) Il-MPE skont l-Istat Membru u l-grupp politiku