Forsmark: Kif l-Isvezja wissiet lid-dinja dwar il-periklu tad-diżastru ta’ Chernobyl

Instemgħat tidwi s-sirena f’Forsmark, it-tieni l-akbar impjant tal-enerġija nukleari ġewwa l-Isvezja, meta wieħed mill-impjegati għadda mill-monitoraġġ għar-radjazzjoni fi triqtu lura lejn xogħlu. Dan wera livelli għoljin ta’ radjazzjoni ħerġin miż-żarbun. Il-ħaddiema beżgħu li dan kien riżultat ta’ xi inċident fl-impjant. Wara aktar testijiet skoprew li s-sors ta’ dawn il-livelli ta’ radjazzjoni kienet il-Belt ta’ Chernobyl, ġewwa l-Ukraina, xi 1,100 kilometru ’l bogħod minn Forsmark.

The Forsmark, Sweden second largest nuclear power plant
Forsmark, it-tieni l-akbar impjant tal-enerġija nukleari ġewwa l-Isvezja

Id-detezzjoni bikrija fl-impjant ta’ Forsmark, li jinstab siegħa ’l bogħod fit-Tramuntana ta’ Stokholma, lagħbet rwol kruċjali fl-isforzi li kienu saru biex l-awtoritajiet Sovjetiċi jitkellmu dwar id-diżastru ta’ Chernobyl li kien seħħ f’April tas-sena 1986.


Meta s-sirena nstemgħat tidwi f’Forsmark fis-sigħat bikrin tal-għodwa tat-28 ta’ April tal-1986, il-ħaddiema bdew sensiela ta’ testijiet sabiex isibu s-sors minn fejn il-materjal radjuattiv kien qiegħed jiġi rrilaxxat. Madankollu s-sors baqa’ ma kienx ċar.


“Ma sibna xejn,” qal Claes-Göran Runermark, il-maniġer tal-operazzjoni li kien xogħol waqt dik l-għodwa. “Għamilna t-testijiet fuq is-sistemi radjuattivi għal darba, tnejn, tlieta, iżda ma sibna xejn.”


Minkejja dan, il-ħaddiema ta’ Forsmark ma ppanikjawx. “Nista’ ngħid li bqajna pjutost kalmi matul il-ġurnata kollha,” qal is-Sur Runermark.


Wara aktar analiżi, setgħu jidentifikaw li l-partiċelli radjoattivi li nstabu fil-ħaxix kienu speċifiċi għall-impjant nukleari Sovjetiku. Barra minn hekk, fit-tmiem il-ġimgħa, ir-riħ nefaħ mill-Lbiċ u għamlet ix-xita fil-Grigal tal-Isvezja. B’konsegwenza ta’ dan, materjal radjuattiv kien iddepożitat f’dawn il-partijiet tal-Isvezja. L-evidenza kienet qed turi li s-sors ewlieni ta’ dan il-materjal radjuattiv kien l-impjant nukleari fl-Unjoni Sovjetika. Jumejn wara, l-Unjoni Sovjetika ddikjarat li kien hemm inċident f’Chernobyl l-Ukraina, li dak iż-żmien kienet tagħmel parti mill-Unjoni Sovjetika.


Grazzi għad-detezzjoni bikrija tagħna, aħna stajna ninfurmaw l-awtoritajiet Svediżi, li mbagħad infurmaw lid-dinja, dwar dan it-tniġġis radjuattiv li kien ġej mid-diżastru fl-Unjoni Sovjetika,” qal is-Sur Runermark.


Illum il-ġurnata, ħafna minn dan il-materal iddiżintegra. Madankollu, xi materjal perikoluż bħaċ-ċesju u l-plutonju mistenni li jibqa’ fl-ambjent għall-mijiet, u saħansitra eluf ta’ snin oħra. Dan minkejja l-fatt li l-livell tagħhom mistenni jitbaxxa.


Id-diżastru ta’ Chernobyl wera li t-tniġġis m’għandu ebda fruntieri. L-UE qed timpenja ruħha sabiex tiżviluppa politika u ftehim internazzjonali bl-għan li jtaffu t-theddida ta’ katastrofi ambjentali bħal dak ta’ Chernobyl u jwaqqfu l-ħsara milli tkompli tinxtered f’każ ta’ xi inċident. Dan sabiex tkun imħarsa aħjar is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.


L-UE qed tilħaq dawn l-għanijiet permezz taċ-Ċentru Ewropew għar-Riċerka fuq it-Tniġġis u permezz tat-twaqqif u l-infurzar ta’ standards ambjentali. Barra minn hekk l-Istitut għall-Politika Ambjentali Ewropea qed jaħdem għal regolamenti aħjar dwar kwistjonijiet ambjentali.


F’Marzu tal-2014, il-Parlament Ewropew appoġġja l-poposta sabiex jiġu aġġornati l-liġijiet tal-UE. B’dan l-aġġornament, il-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali għandhom isiru aktar ċari u jieħdu kont tal-bijodiversità, u t-tibdil fil-klima. Barra minn hekk dawn għandhom jinvolvu aktar lill-pubbliku. Id-Direttiva dwar l-Impatt Ambjentali tistabbilxxi kriterji għall-informazzjoni li għandha tiġi ssottomessa lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex dawn jevalwaw proposti għall-proġetti. Mill-2005 sal-2008, l-għadd medju ta’ valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali mwettqa fl-UE varjaw minn 15,000 sa 26,000 kull sena.