Sitt punti importanti fuq il-GMOs

L-użu ta' organiżmi modifikati ġenetikament huwa dejjem kontroversjali.

infographic illustration
Sitt punti importanti fuq il-GMOs

L-UE għandha regoli stretti u proċeduri ta' awtorizzazzjoni kumplessi għall-kultivazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. Ħawn that inwasslu l-isfond tas-sitwazzjoni.


Minn April 2015, il-pajjiżi jistgħu jiddeċiedu favur jew kontra l-kultivazzjoni tal-GMO's (organiżmi ġenetikament modifikati) fit-territorji tagħhom. Madankollu, rigward il-kummerċjalizzazzjoni, il-membri tal-Parlament Ewropew koncernanti l-ENVI (Environment, Public Health and Food Safety) iddeċidew favur approċċ differenti.


1. X'ifisser GMO?

GMO ifisser "organiżmi modifikati ġenetikament". Dawn huma organiżmi li l-materjal ġenetiku tagħhom kien artifiċjalment modifikat biex jinħolqu karratteristici ġodda (per eżempju: ir-reżistenza ta' pjanta partikulari għal mard, insetti jew nixfa tfisser aktar produttività).



2. Liema huma l-prodotti tar-raba ewlenin effettwati meta nitkellmu dwar l-ĠMO?
Qamħirrum (Maize), qoton (Cotton), soybean , oilseed rape, pitravi (sugarbeet).



3.L-GMOs huma awtorizzati fl-UE?
Kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-kummerċjalizzazzjoni ta' GMOs importati b'użu għall-ikel, u ghall-ghalf, hija meħtiega l-awtorizzazzjoni minn qabel, li tinkludi valutazzjoni xjentifika fuq ir-riskji assocciati mal-ĠMO.


• KULTIVAZZJONI fl-UE:
o Wieħed mill-GMOs awtorizzati għall-kultivazzjoni fl-1998, liema awtorizzazzjoni skadiet, u qed tistenna tiġdid, hija il-qamħirrum (Maize) MON 810.
o Fl-2013, il-qamħirrum kien l-aktar ikkultivat fi Spanja (u b'mod marġinali fl-4 pajjiżi oħra tal-UE: Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija u s-Slovakkja).
o Hemm 8 applikazzjonijiet pendenti (inkluż it-tiġdid tal-qamħirrum MON 810).

• Kummerċjalizzazzjoni (Importazzjoni Europea minn pajjiżi terzi):
o 58 GMOs huma bħalissa awtorizzati fl-UE għal konsum ta' l-ikel u l-għalf.
o Dawn jinkludu l-qamħirrum, qoton, soybean, oilseed rape, il-pitravi (sugarbeet).
o 58 GMO's oħra, qed jistennew l-awtorizzazzjoni.


4. Iċ-ċittadini ta' l-UE qedgħin diġà jikkunsmaw l-GMOs? Kif nistgħu inkunu nafu?

Ħafna mill-GMOs awtorizzati fl-UE huma għall-għalf (annimali mrobbija), mandanakollu, f'xi ikel impurtat jistaw jinstabu karatteristci tal-GMO's.

Is-sistema ta' tikkettar fuq l-ikel tal-UE tobbliga lill-kumpaniji biex jindikaw jekk l-ikel jew l-għalf li jipproduċu fihx GMOs (meta l-ammont inkun minn ta' l-inqas 0.9% tal-ikel jew għalf).

Barra minn hekk, il-kumpaniji huma wkoll ħielsa, iżda mhux obbligati, li jindikaw fit-tikketti tagħhom li ikel jew għalf ma jkunx fihom GMOs.


5. Min jawtorizza GMOs fl-UE?

Jiddependi jekk nitkellmu dwar KULTIVAZZJONI jew KUMMERCJALIZZAZZJONI.

• Għall-kultivazzjoni, l-awtorizzazzjoni hija mogħtija fuq livell ta' l-UE, madankollu il-pajjiżi membri għandhom l-aħħar kelma. Minn April 2015, mad-direttiva l-ġdida tal-UE, il-pajjiżi membri jistgħu jiddeċiedu li jipprojbixxu l-kultivazzjoni fit-territorju tagħhom fi kwalunkwe mument (matul il-proċedura ta' awtorizzazzjoni jew saħansitra wara li tingħata l-awtorizzazzjoni). Biex ikun aktar faċli għall-Istati Membri li jipprojbixxu l-kultivazzjoni, il-ġustifikazzjoni tista' tkun għal varjetà wiesgħa ta' raġunijiet u mhux, kif kien il-każ sa issa, esklussivament għal raġunijiet ta' riskji għas-saħħa jew għall-ambjent.

• Għall-kummerċjalizzazzjoni, il-Kummissjoni kienet qed tipproponi l-istess approċċ bħal dak għall-kultivazzjoni, jigifieri l-pajjiżi membri għandhom l-aħħar kelma. Madanakollu, l-MEP's, mil-kumitat ta' l-ambjent u s-sigurta' ta' l-ikel, ikkunsidraw li l-proposta tistgha tkun difficilment fattibbli u twassal biex jerġgħu jiddaħħlu kontrolli tal-fruntieri bejn il-pajjiżi favur u kontra GMO, u b'hekk jaffettwaw is-suq intern. Allura l-proposta ġiet miċħuda.

6. X'jista' jiġri dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' l-GMOs fl-UE issa li l-kumitat parlamentari ta' l-ambjent u s-sigurta' ta' l-Ikel irrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni?

Jekk fis-seduta plenarja tigi miċħuda ukoll l-proposta ta' l-aħħar ta' Ottubru, ir-regoli attwali jibqgħu fis-seħħ: b'maġġoranza ta' Stati Membri tista' tigi deciża l-awtorizzazzjoni jew projbizzjoni ghall-kummerċjalizzazzjoni fl-UE kollha. Jekk ma jkunx hemm maġġoranza ghal l-ebda għażla, allura d-deċiżjoni għandha tittieħed mill-Kummissjoni.