Infografika: Kif it-tibdil fil-klima qed jaffettwa lill-Ewropa

It-tibdil fil-klima diġà qed ikollu konsegwenzi b’firxa wiesgħa fuq is-saħħa tal-bniedem, l-ambjent u l-ekonomiji madwar l-Ewropa. Ara l-mappa tagħna biex titgħallem aktar.

L-impatt tat-tibdil fil-klima diġà qed jinħass fuq l-ekosistemi, is-setturi ekonomiċi u s-saħħa u l-benesseri tan-nies fl-Ewropa.

Ir-reġjuni kollha huma affettwati, iżda mhux bl-istess mod. L-effetti kienu fil-biċċa l-kbira negattivi, għalkemm f’xi każijiet kien hemm ukoll xi benefiċċji, bħal domanda aktar baxxa għat-tisħin u kundizzjonijiet aħjar għall-agrikoltura fit-Tramuntana tal-Ewropa.

Ara l-mappa tagħna biex issir taf kif ir-reġjun tiegħek jista’ jiġi affettwat.

Dwar l-infografika tagħna

Il-mappa turi kif it-tibdil fil-klima jista’ jaffettwa r-reġjuni differenti fl-Ewropa. Id-data ġejja minn rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Biex issir taf aktar dwar il-kawżi tat-tibdil fil-klima fl-Ewropa, iċċekkja l-ispjegazzjonijiet tagħna dwar il-gassijiet serra differenti u l-infografika tagħna dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE skont il-pajjiż u s-settur.

Aktar fatti u ċifri dwar it-tibdil fil-klima u l-emissjonijiet fl-Ewropa.

Mappa dwar l-impatt imbassar tat-tibdil fil-klima fl-Ewropa
L-effetti tat-tibdil fil-klima fl-Ewropa (infografika)

Ara artikli relatati