Il-Coronavirus: kronoloġija tal-azzjoni tal-UE 

Aġġornata(a): 
 
Maħluq(a):   
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

L-UE qed tieħu ħafna miżuri biex tindirizza l-pandemija tal-coronavirus u l-impatt tagħha. Agħti ħarsa lejn il-kronoloġija tagħna biex tikseb stampa ċara skont it-tema.

Skopri x'qed tagħmel l-UE għall-kura tas-saħħa, għar-riċerka, għall-ekonomija, għall-impjiegi, għas-soċjetà, għall-ivvjaġġar u għat-trasport.

KURA TAS-SAĦĦA 
Għoti ta' appoġġ lis-setturi tas-saħħa u żgurar tad-disponibbiltà ta' tagħmir mediku  
  • Appoġġ għat-trattament permezz tal-plażma ta' konvalexxenti  
    31 ta' Lulju 2020 

    Aktar minn 200 servizz ta' ġbir tad-demm madwar l-UE jistgħu japplikaw għal finanzjament għax-xiri ta' tagħmir ta' plażmafereżi biex jappoġġaw it-trattament ta' pazjenti ġodda tal-COVID-19.

    infographic illustration    
  • Aċċess tal-UE għar-Remdesivir 
    28 ta' Lulju 2020 

    Bis-saħħa ta' kuntratt iffirmat mal-kumpanija farmaċewtika Gilead, lottijiet ta' Veklury [Remdesivir], l-ewwel mediċina awtorizzata fil-livell tal-UE għat-trattament kontra l-COVID-19, jinsabu disponibbli għall-Istati Membri u r-Renju Unit.

    infographic illustration    
  • Insaħħu l-istat ta' tħejjija għal tifqigħat futuri 
    15 ta’ Lulju 2020 

    Il-Kummissjoni ppreżentat miżuri immedjati fuq żmien qasir biex ittejjeb l-istat ta' tħejjija tal-UE għal tifqigħat futuri tal-COVID-19, bħaż-żieda fil-kopertura tal-ittestjar, l-iżgurar tal-provvista ta' mediċini u tagħmir mediku u t-tnaqqis tal-piż tal-influwenza staġjonali.

    infographic illustration    
  • Programm ġdid tal-UE dwar is-Saħħa 
    10 ta’ Lulju 2020 

    Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li tistabbilixxi l-prijoritajiet tiegħu għal strateġija tal-UE dwar is-saħħa pubblika wara l-COVID-19, li fiha l-UE għandu jkollha rwol aktar b'saħħtu. Fit-28 ta' Mejju, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet programm ġdid "l-UE għas-Saħħa" (EU4Health) biex tingħata spinta għat-tħejjija u l-kapaċità tal-UE biex tirrispondi b'mod effettiv għal theddid transfruntier serju għas-saħħa u ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa tagħha.

    infographic illustration    
  • Posposti rekwiżiti ġodda għall-apparat mediku 
    17 ta' April 2020 

    Il-Parlament qabel li jipposponi l-applikazzjoni tar-Regolament il-ġdid dwar l-Apparat Mediku biex jiġi evitat nuqqas jew dewmien biex apparat mediku jiġi introdott fis-suq.

    infographic illustration    
  • Appoġġ ta' emerġenza għas-setturi tas-saħħa 
    17 ta' April 2020 

    L-UE mmobilizzat aktar minn EUR 3 biljun mill-baġit tagħha biex tqassam provvisti mediċi, tikkoordina t-trasport ta' tagħmir u pazjenti u tappoġġja l-kostruzzjoni ta' sptarijiet mobbli. Fuq medda itwal ta' żmien, il-fondi se jappoġġjaw il-kapaċitajiet tal-ittestjar u r-riċerka.

    infographic illustration    
  • Nagħmlu l-importazzjonijiet tat-tagħmir mediku aktar faċli 
    3 ta' April 2020 

    Tneħħew b'mod temporanju d-dazji doganali u l-VAT fuq l-importazzjonijiet ta' apparat mediku minn pajjiżi terzi biex dan jasal b'aktar fiċilità.

    infographic illustration    
  • Il-ħolqien ta' riżerva komuni tal-UE ta' tagħmir mediku 
    20 ta' Marzu 2020  

    L-UE ħolqot ħażna strateġika ta' ventilaturi, maskri li jistgħu jerġgħu jintużaw, provvisti u terapewtiċi tal-laboratorju (“rescEU”) biex tgħin lill-Istati Membri jiffaċċjaw skarsezzi.

    infographic illustration    
  • Żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni 
    20 ta' Marzu 2020 

    L-istandards armonizzati Ewropej għall-provvisti mediċi (maskri tal-wiċċ, ilbies protettiv, tagħmir respiratorju protettiv,...) huma disponibbli b'mod ħieles biex jiffaċilitaw iż-żieda fil-produzzjoni.

    infographic illustration    
  • Nistabbilixxu tim ta' esperti Ewropej 
    17 ta' Marzu 2020 

    Panel ta' seba' epidemjologi u virologi minn Stati Membri differenti fformulaw linji gwida għar-rispons tal-UE bbażati fuq ix-xjenza u kkoordinaw il-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju.

    infographic illustration    
  • Niżguraw id-disponibbiltà ta' tagħmir protettiv personali  
    15 ta' Marzu 2020 

    L-esportazzjonijiet ta' tagħmir protettiv personali (maskri, tarki tal-wiċċ, ilbies protettiv,...) lejn pajjiżi barra mill-UE għandhom jiġu awtorizzati.

    infographic illustration    
  • Xiri ta' tagħmir mediku flimkien 
    28 ta' Frar 2020 

    L-Istati Membri ngħaqdu flimkien taħt il-ftehim ta' akkwist konġunt biex jixtru tagħmir protettiv (ingwanti, maskri, overalls,...), ventilaturi u kits għall-ittestjar.

    infographic illustration    
RIĊERKA 
Għoti ta' appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni għal trattamenti u tilqim effikaċi  
  • L-ewwel kuntratt għall-vaċċin kontra l-COVID-19 
    27 ta' Awwissu 2020 

    L-UE ffirmat kuntratt ma' AstraZeneca biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jixtru l-vaċċin tagħhom. Hemm ukoll il-possibbiltà ta' donazzjoni lil pajjiżi bi dħul baxx u medju jew li dan jiġi ridirezzjonat lejn pajjiżi Ewropej oħra.


    Il-Kummissjoni għadha qed tiddiskuti ftehimiet simili ma' manifatturi oħra tal-vaċċin.

    infographic illustration    
  • EUR 128 miljun għar-riċerka dijanjostika u l-vaċċini  
    11 ta' Awwissu 2020  

    L-UE tappoġġa 23 proġett ta' riċerka b'finanzjament ta' EUR 128 miljun minn Orizzont 2020, il-programm tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni.

    Dan jiżdied ma' EUR 48.25 miljun allokati għal 18-il proġett ta' riċerka biex jiġu żviluppati vaċċini, trattamenti ġodda, testijiet dijanjostiċi rapidi u biex itejbu t-tħejjija u r-rispons għat-tifqigħat, u EUR 117 miljun għal tmien proġett dwar id-dijanjostika u t-trattamenti permezz tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi.

    infographic illustration    
  • L-iżvilupp rapidu tal-vaċċin 
    10 ta' Lulju 2020 

    Il-Parlament approva deroga temporanja minn ċerti regoli dwar il-provi kliniċi biex jippermetti li l-vaċċini u t-trattamenti tal-COVID-19 jiġu żviluppati aktar malajr.

    infographic illustration    
  • EUR 75 miljun lill-iżviluppatur tal-vaċċini CureVac 
    6 ta' Lulju 2020 

    Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-CureVac, żviluppatur ta' vaċċin innovattiv fil-Ġermanja, daħlu fi ftehim ta' self ta' EUR 75 miljun bħala appoġġ għall-iżvilupp kontinwu tal-kumpanija u l-produzzjoni ta' vaċċini, inkluż il-vaċċin esperimentali ta' CureVac kontra s-SARS-CoV-2.

    infographic illustration    
  • Sforz ta' impenji mad-dinja kollha biex jiġi ffinanzjat l-iżvilupp ta' dijanjostiċi u vaċċini    
    27 ta' Ġunju 2020  

    Is-Summit "L-Għan Globali: Ningħaqdu għall-Futur Tagħna" mmobilizza EUR 6.15 biljun oħra taħt l-inizjattiva Rispons Globali għall-Coronavirus, biex iġib it-total imwiegħed għal kważi EUR 16-il biljun euro. L-inizjattiva li nediet l-UE fl-4 ta' Mejju flimkien mas-sħab globali tagħha, talbet lill-pajjiżi u lill-organizzazzjonijiet madwar id-dinja biex jiġbru fondi għall-iżvilupp u l-użu ta' dijanjostika, terapewtiċi u vaċċini kontra l-coronavirus.

    infographic illustration    
  • Strateġija tal-UE dwar it-Tilqim 
    17 ta' Ġunju 2020 

    Il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta strateġija tal-UE biex tħaffef l-iżvilupp, il-manifattura u l-użu ta' vaċċini kontra l-Covid-19.

    infographic illustration    
  • EUR 100 miljun għall-iżvilupp tat-tilqim 
    11 ta' Ġunju 2020  

    Il-Bank Ewropew tal-Investiment jappoġġa lill-kumpanija tal-immunoterapija BioNTech SE b'EUR 100 miljun f'finanzjament ta' dejn għall-iżvilupp tal-programm tagħha tat-tilqim kontra l-Covid-19.

    infographic illustration    
  • EUR 314 miljun lil kumpaniji innovattivi 
    8 ta' Ġunju 2020  

    EUR 166 miljun ġew allokati lil 36 kumpanija permezz tal-Programm Pilota għall-Aċċellerazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (European Innovation – EIC) biex jaħdmu fuq proġetti pijunieri fil-ġlieda kontra l-vajrus u bħala appoġġ għall-irkupru. Barra minn hekk, ingħataw EUR 148 miljun lil 36 kumpanija oħra stabbiliti biex jikkontribwixxu għall-pjan ta' rkupru għall-Ewropa. 139 kumpanija ngħataw is-"Siġill ta' Eċċellenza" il-ġdid tal-UE tal-Covid-19 biex jgħinhom jattiraw finanzjament minn sorsi oħra.

    infographic illustration    
  • EUR 122 miljun oħra għar-riċerka u l-innovazzjoni 
    19 ta’ Mejju 2020 

    L-UE nediet sejħa ġdida għal proġetti biex: torjenta l-manifatturar għall-produzzjoni rapida ta' provvisti mediċi u tagħmir mediku vitali meħtieġa għall-ittestjar u t-trattament; tiżviluppa teknoloġiji mediċi biex jittejbu d-detezzjoni u l-kura tal-pazjenti; tirriċerka dwar l-impatt komportamentali u soċjo-ekonomiku tal-pandemija tal-coronavirus biex tgħin fit-titjib ta' strateġiji għat-trattament u l-prevenzjoni. Finanzjament ta' EUR 122 miljun se jiġi mill-programm ta' riċerka u innovazzjoni tal-UE Orizzont 2020.

    infographic illustration    
  • EUR 117 miljun għal proġetti ta' riċerka biex jiġi indirizzat il-virus tal-COVID-19 
    12 ta’ Mejju 2020 

    EUR 117 miljun se jkunu disponibbli fil-qafas tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi, li hija sħubija bejn l-UE u l-industrija farmaċewtika, bħala appoġġ għal tmien proġetti fuq skala kbira dwar l-iżvilupp ta' trattamenti u dijanjostiċi (sa EUR 72 miljun mill-baġit tal-UE). Is-sejħa rapida għal proposti ta' riċerka tnediet f'Marzu.

    infographic illustration    
  • Pjattaforma ta' skambju ta' data għar-riċerkaturi 
    20 ta' April 

    Bħala appoġġ għar-riċerkaturi fl-Ewropa u madwar id-dinja fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-coronavirus, il-Kummissjoni Ewropea flimkien ma' diversi sħab, nediet Pjattaforma Ewropea tad-Data dwar il-COVID-19 biex tiżgura l-ġbir rapidu u l-kondiviżjoni ta' data tar-riċerka disponibbli.

    infographic illustration    
  • EUR 48.25 miljun għal 18-il proġett ta' riċerka li jinvolvu 151 tim ta' riċerka 
    6 ta' Marzu 2020 

    L-UE allokat EUR 48.25 miljun għal 18-il proġett ta' riċerka li jinvolvu 151 tim, taħt Orizzont 2020, għall-iżvilupp ta' vaċċini, trattamenti ġodda, testijiet dijanjostiċi rapidi u biex jittejjeb l-istat ta' tħejjija u rispons għat-tifqigħat.

    infographic illustration    
EKONOMIJA 
Għoti ta' appoġġ lis-settur finanzjarju u lin-negozji  
  • Il-Parlament ikkritika t-tnaqqis fil-baġit 
    23 ta' Lulju 2020 

    Wara li f'nofs Lulju, il-mexxejja tal-pajjiżi qablu fuq ftehim dwar il-baġit tal-UE għall-2021-2027 u l-pjan ta' rkupru, il-Membri tal-PE adottaw riżoluzzjoni li tippreżenta l-pożizzjoni tagħhom qabel in-negozjati mal-Kunsill. Il-Parlament jilqa' l-ftehim dwar id-daqs globali tal-pjan ta' rkupru, iżda jikkritika t-tnaqqis fil-baġit fit-tul, jitlob impenn vinkolanti għal sorsi ġodda ta' dħul tal-UE u jgħid li biħsiebu jżomm il-kunsens tiegħu jekk il-ftehim ma jittejjibx. Il-Membri tal-PE qed jinsistu wkoll li l-Parlament għandu jkun involut bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet dwar il-pjan ta' rkupru.

    infographic illustration    
  • Regoli faċli biex jinkoraġġixxu l-banek jisilfu l-flus lill-kumpaniji u lill-unitajiet domestiċi 
    19 ta' Ġunju 2020  

    Il-Parlament adotta regoli dwar ir-rekwiżit ta' kapital aktar flessibbli biex b'mod temporanju jiżgura kundizzjonijiet favorevoli għall-banek biex jappoġġaw flussi ta' kreditu lil kumpaniji u unitajiet domestiċi, u jassorbu t-telf bħala għajnuna biex jittaffew il-konsegwenzi ekonomiċi tal-lockddown tal-Covid-19.

    infographic illustration    
  • Programm tal-BĊE ta' Xiri ta' Emerġenza fil-każ ta' pandemija (EUR 1.35 triljun) 
    4 ta' Ġunju 2020  

    Il-Bank Ċentrali Ewropew żied il-programm ta' xiri ta' emerġenza fil-każ ta' pandemija (pandemic emergency purchase programme – PEPP) b'EUR 600 biljun għal EUR 1.35 triljun. Il-programm ta' xiri ta' assi temporanji ta' titoli tas-settur privat u pubbliku inizjalment tnieda f'Marzu b'EUR 750 biljun, minbarra EUR 120 biljun li kienu diġà mobilizzati għall-emerġenza tal-pandemija.

    infographic illustration    
  • EUR 750 tbiljun biex jiġi stimulat l-irkupru ekonomiku u soċjali 
    27 ta’ Mejju 2020 

    Il-Membri tal-PE laqgħu b'mod ġenerali l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal strument ta' rkupru ta' EUR 750 biljun ("Next Generation EU") f'baġit fit-tul tal-UE ġdid biex tiġi indirizzata l-kriżi tal-COVID-19 kif ippreżentat minn Ursula von der Leyen fil-plenarja. F'riżoluzzjonijiet tal-15 ta' Mejju u tas-17 ta' April, il-Membri tal-PE talbu għal pakkett ta' rkupru ekonomiku qawwi u massiv li jiffoka fuq il-ħtiġijiet taċ-ċittadini.

    infographic illustration    
  • Flessibbiltà massima biex il-fondi strutturali tal-UE jiġu diretti b'mod speċifiku 
    23 ta' April 2020  

    Il-miżuri l-ġodda se jippermettu lill-Istati Membri jittrasferixxu r-riżorsi bejn it-tliet fondi ta' koeżjoni prinċipali (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni), bejn il-kategoriji differenti tar-reġjuni u bejn l-oqsma ta' prijorità speċifiċi tal-fondi.

    infographic illustration    
  • Appoġġ tal-BEI għall-ekonomija (EUR 65 biljun) 
    16 ta' April 2020  

    Il-Bank Ewropew tal-Investiment ħoloq fond ta' garanzija ta' EUR 25 biljun u mmobilizza sa EUR 200 biljun biex jgħin lill-ekonomija Ewropea, flimkien ma' EUR 40 biljun li kienu diġà mobilizzati.

    infographic illustration    
  • Pjan direzzjonali Ewropew għat-tneħħija gradwali tal-miżuri ta' konteniment 
    15 ta' April 2020  

    Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew ippreżentaw gwida u rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri għal meta jkunu qed ineħħu l-miżuri ta' konteniment.

    infographic illustration    
  • Għajnuna immedjata għal mill-inqas 100,000 SME  
    6 ta' April 2020  

    Fid-dawl tal-impatt qawwi tal-kriżi fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, l-UE rrilaxxat madwar EUR 8 biljun f'finanzi għall-SMEs Ewropej.

    infographic illustration    
  • Fondi strutturali tal-UE għal investimenti u riżorsi essenzjali (EUR 37 biljun)  
    27 ta' Marzu 2020  

    EUR 37 biljun mill-fondi strutturali tal-UE jinsabu disponibbli għall-Inizjattiva ta' Investiment ta' Rispons għall-Coronavirus biex jiġu appoġġjati s-sistemi tal-kura tas-saħħa, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u s-swieq tax-xogħol.

    infographic illustration    
  • Aktar flessibbiltà fiskali 
    23 ta' Marzu 2020  
    L-UE għamlet ir-regoli baġitarji tagħha aktar flessibbli biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu nfiq eċċezzjonali biex jindirizzaw il-kriżi.
    infographic illustration    
  • Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat riveduti  
    19 ta' Marzu 2020  

    L-Istati Membri jistgħu japplikaw b'mod flessibbli r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiżguraw li jibqa' biżżejjed likwidità disponibbli għan-negozji ta' kull tip u biex tiġi ppreservata l-kontinwità tal-attività ekonomika.

    infographic illustration    
L-IMPJIEGI U S-SOĊJETÀ 
Appoġġ għad-dħul tal-unitajiet domestiċi u għall-impjiegi matul il-kriżi  
  • Inżommu lin-nies fl-impjiegi u lin-negozji ħajjin (EUR 100 biljun)  
    25 ta' Awwissu 2020 

    Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi appoġġ finanzjarju ta' EUR 87.3 biljun taħt l-istrument SURE għall-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja. Dalwaqt hija mistennija proposta għall-Ungerija.

    Bħala parti mir-rispons għall-coronavirus, fid-19 ta' Mejju, l-UE adottat is-SURE u qed tipprovdi finanzjament sa massimu ta' EUR 100 biljun lill-pajjiżi tal-UE għal self b'termini favorevoli, biex tippermetti lill-kumpaniji jżommu lill-impjegati tagħhom u jnaqqsu s-sigħat tax-xogħol filwaqt li jiżguraw appoġġ għad-dħul.

    infographic illustration    
  • Għajnuna lis-settur agroalimentari 
    19 ta' Ġunju 2020  

    Mill-bidu tat-tifqigħa tal-Covid-19, l-UE ħadet miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ finanzjarju u għall-kriżi tas-suq, u introduċiet regoli tal-politika agrikola tal-UE aktar flessibbli biex tgħin lill-bdiewa, lis-sajjieda u lin-negozji agroalimentari żgħar jindirizzaw l-impatt tal-Covid-19.

    infographic illustration    
  • Il-protezzjoni tal-ħaddiema transfruntiera u staġjonali 
    19 ta' Ġunju 2020  

    Il-Parlament jappella għal azzjoni urġenti biex tissalvagwardja s-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti għall-ħaddiema transfruntiera u staġjonali fil-kuntest tal-kriżi tal-coronavirus.

    infographic illustration    
  • Klassifikazzjoni tal-grupp ta' riskju tas-SARS-CoV-2 
    11 ta' Ġunju 2020  

    Il-Parlament u l-Kummissjoni jaqblu li jikklassifikaw il-vajrus li jikkawża l-Covid-19, SARS-CoV-2, fil-grupp ta' riskju 3 tad-Direttiva dwar l-Aġenti Bijoloġiċi tal-UE biex jiġu żgurati garanziji addizzjonali għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema.

    infographic illustration    
  • Gwida tal-UE għal ritorn sikur fuq il-post tax-xogħol 
    24 ta' April 2020  

    L-UE toħroġ linji gwida biex tiżgura li l-ħaddiema jkunu jistgħu jerġgħu lura lejn il-postijiet tax-xogħol tagħhom f'ambjent sikur u tajjeb għas-saħħa. Il-gwida tkopri oqsma li jvarjaw mill-valutazzjoni tar-riskju u l-kura ta' ħaddiema morda, sa informazzjoni għal setturi u xogħlijiet speċifiċi.

    infographic illustration    
  • Inżommu lin-nies fl-impjiegi u lin-negozji ħajjin (EUR 100 biljun)  
    23 ta' April 2020  

    L-Istati Membri ngħataw sa EUR 100 biljun għal self b'termini favorevoli, biex jippermettu lill-kumpaniji jżommu lill-impjegati tagħhom u jnaqqsu s-sigħat tax-xogħol filwaqt li jipprovdu appoġġ għad-dħul.

    infographic illustration    
  • Nieħdu ħsieb lil dawk l-aktar fil-bżonn  
    23 ta' April 2020  

    Biex jitnaqqas ir-riskju ta' infezzjoni, il-konsenja tal-għajnuna alimentari u tal-assistenza materjali bażika permezz tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, se tkun possibbli permezz ta' vawċers elettroniċi jew stampati, filwaqt li l-ħaddiema u l-voluntiera jingħatalhom tagħmir protettiv.

    infographic illustration    
  • Ikunu żgurati l-privatezza u l-protezzjoni tad-data fl-apps għat-traċċar tal-COVID-19  
    17 ta' April 2020  

    Il-Kummissjoni ħarġet gwida u sett ta' għodod tal-UE dwar l-iżvilupp ta' apps ġodda li jappoġġjaw il-ġlieda kontra l-COVID-19. Il-Parlament jisħaq li kull miżura diġitali kontra l-pandemija trid tkun f'konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data.

    infographic illustration    
  • Assistenza finanzjarja permezz tal-Fond ta' Solidarjetà (EUR 800 miljun)  
    26 ta' Marzu 2020 

    Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE ġie estiż biex ikopri emerġenzi tas-saħħa pubblika, u b'hekk, fl-2020, poġġa EUR 800 miljun għad-disponibbiltà tal-Istati Membri li ntlaqtu l-aktar ħażin mill-pandemija.

    infographic illustration    
  • Evitata l-konġestjoni tan-network  
    19 ta' Marzu 2020 
    infographic illustration    
VJAĠĠAR U TRASPORT 
Restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar u l-iżgurar tal-forniment ta' servizzi kritiċi  
  • It-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar 
    15 ta' Ġunju 2020  

    L-Istati Membri qed ineħħu gradwalment ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar introdotti biex iwaqqfu t-tixrid tal-coronavirus. Il-Parlament qed jitlob li ż-żona Schengen, fejn l-użu tal-passaport mhuwiex obbligatorju, terġa' tibda tiffunzjona bis-sħiħ mill-aktar fis possibbli.

    infographic illustration    
  • Għajnuna biex nerġgħu lura għall-moviment liberu u t-turiżmu – "Re-open EU"  
    14 ta' Ġunju 2020  

    Biex tiżgura l-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-UE nediet il-pjattaforma tal-internet "Re-open EU" biex tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-vjaġġaturi ħalli jippjanaw il-vjaġġi u l-vaganzi Ewropej tagħhom, filwaqt li jibqgħu b'saħħithom u sikuri. L-informazzjoni tiġi aġġornata spiss u hija disponibbli b'24 lingwa.

    infographic illustration    
  • Rakkomandazzjonijiet għall-ivvjaġġar sikur  
    13 ta' Mejju 2020 

    Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet linji gwida u rakkomandazzjonijiet għat-turiżmu u t-trasport, biex tgħin lill-Istati Membri tal-UE jikkoordinaw it-tneħħija sikura tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u jipproteġu lill-vjaġġaturi.

    infographic illustration    
  • Intemmu t-titjiriet vojta  
    26 ta' Marzu 2020 

    Ir-regoli tal-UE dwar is-slots tal-ajruporti li jobbligaw lil-linji tal-ajru jużaw is-slots allokati lilhom għat-tlugħ u l-inżul tal-ajruplani biex ikunu jistgħu jżommuhom għall-istaġun li jmiss, issa jinsabu sospiżi b'mod temporanju.

    infographic illustration    
  • L-iżgurar tal-fluss kontinwu ta' oġġetti u servizzi 
    18 ta' Marzu 2020 

    L-UE introduċiet "korsiji ħodor" biex tiġi żgurata l-provvista ta' oġġetti essenzjali u tagħmir mediku u protettiv vitali, fi ħdan is-Suq Uniku.

    infographic illustration    
  • Restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar biex jitwaqqaf it-tixrid  
    17 ta' Marzu 2020 

    L-UE temporanjament għalqet il-fruntieri tagħha għall-ivvjaġġar mhux essenzjali, biex twaqqaf it-tixrid tal-COVID-19.

    infographic illustration    
  • Ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-UE  
    Minn Jannar 2020 lil hawn 

    Għexieren ta' eluf ta' ċittadini tal-UE inġiebu lura f'pajjiżhom minn pajjiżi terzi madwar id-dinja bis-saħħa tal-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili.

    infographic illustration    
RISPONS GLOBALI TAL-UE 
Appoġġ għall-isforzi tal-pajjiżi sħab biex jindirizzaw il-pandemija tal-coronavirus  
  • Pont Umanitarju bl-Ajru  
    28 ta' Awwissu 2020  

    Il-Pont Umanitarju bl-Ajru tal-UE jipprovdi għajnuna lill-pajjiżi affettwati mill-pandemija tal-COVID-19 madwar id-dinja. Mit-tnedija tiegħu fit-8 ta' Mejju, 66 titjira wasslu tagħmir mediku u ħaddiema umanitarji lejn żoni kritiċi fl-Afrika, fl-Asja u fil-Kontinent Amerikan.

    infographic illustration    
  • Ikomplu l-konsenji globali ta' provvisti mediċi u tagħmir protettiv 
    28 ta' Lulju 2020  

    L-UE qed tkompli tipprovdi provvisti mediċi u tagħmir ta' protezzjoni personali madwar id-dinja permezz tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili. Minbarra l-għajnuna bilaterali, saru konsenji f'24 pajjiż inklużi f'seba' Stati Membri.

    infographic illustration    
  • EUR 64 miljun għar-reġjun tal-Afrika tan-Nofsinhar  
    20 ta' Lulju 2020 

    L-UE pprovdiet għajnuna umanitarja ta' EUR 64.7 miljun lill-Angola, il-Botswana, Comoros, l-Eswatini, il-Lesoto, Madagaskar, il-Malawi, Mauritius, il-Mozambique, in-Namibja, iż-Żambja u ż-Żimbabwe biex tgħinhom jassistu persuni fil-bżonn minħabba l-coronavirus u l-kundizzjonijiet estremi tat-temp bħan-nixfa persistenti u kriżijiet oħra.

    infographic illustration    
  • Pakkett ġdid ta' assistenza għall-Afrika ta' Fuq  
    2 ta' Lulju 2020 

    L-UE adottat pakkett ġdid ta' għajnuna biex tappoġġja migranti u komunitajiet lokali jindirizzaw il-COVID-19 fl-Afrika ta' Fuq. Il-pakkett jinkludi EUR 80 miljun f'fondi ġodda u EUR 30 miljun riallokati mill-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza għall-Afrika.

    infographic illustration    
  • Appoġġ għar-Repubblika Ċentru-Afrikana 
    18 ta' Ġunju 2020  

    L-UE tagħti EUR 54 miljun lir-Repubblika Ċentru-Afrikana biex tgħin lill-gvern fil-ġlieda kontra l-coronavirus.

    infographic illustration    
  • Pakkett ta' EUR 60 miljun biex jgħin pajjiżi fil-Qarn tal-Afrika  
    17 ta' Ġunju 2020  

    L-UE timmobilizza pakkett ta' EUR 60 miljun biex tgħin fl-indirizzar tal-kriżi tas-saħħa u l-impatt soċjoekonomiku fil-Qarn tal-Afrika. F'Mejju, l-UE approvat pakkett ta' għajnuna ta' EUR 105.5 miljuni għal proġetti umanitarji f'Djibouti, l-Etjopja, il-Kenja u s-Somalja biex jgħin jipprovdi l-kura tas-saħħa, l-għajnuna alimentari u l-ħtiġijiet bażiċi tar-refuġjati.

    infographic illustration    
  • EUR 55 miljun oħra għar-refuġjati Sirjani u l-komunitajiet lokali fil-Ġordan u l-Libanu 
    10 ta' Ġunju 2020  

    L-UE mmobilizzat pakkett ta' appoġġ ta' EUR 55 miljun biex jgħin lir-refuġjati Sirjani u lil persuni vulnerabbli fil-Ġordan u l-Libanu matul il-kriżi tal-coronavirus. L-għajnuna tiffoka fuq is-saħħa u s-servizzi tal-ilma, tas-sanità u tal-iġjene. Dan jiżdied ma' pakkett ta' appoġġ ta' kważi EUR 240 miljun – li ġie approvat f'Marzu.

    infographic illustration    
  • EUR 50 miljun oħra f'għajnuna umanitarja  
    20 ta' Mejju 2020 

    Ġew mobilizzati EUR 50 miljun oħra biex jipprovdu aċċess għal servizzi tas-saħħa, tagħmir protettiv, ilma u sanità lil persuni vulnerabbli fir-reġjun tas-Saħel u l-Lag Chad, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, ir-reġjun tal-Lagi l-Kbar fl-Afrika, l-Afrika tal-Lvant, is-Sirja, il-Jemen, il-Palestina, il-Venezwela kif ukoll ir-Rohingya. Il-finanzjament se jgħaddi permezz ta' NGOs, organizzazzjonijiet internazzjonali, aġenziji tan-NU u s-soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar.

    infographic illustration    
  • EUR 3 biljun f'self għall-pajjiżi ġirien u sħab   
    15 ta' Mejju 2020 

    L-UE approvat EUR 3 biljun f'self biex tgħin lill-pajjiżi ġirien u sħab tal-UE jtaffu l-effetti soċjali u ekonomiċi negattivi tal-pandemija filwaqt li jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja.

    infographic illustration    
  • L-UE tistabbilixxi pont umanitarju bl-ajru  
    8 ta' Mejju 2020 

    L-UE tiftaħ pont umanitarju bl-ajru biex jiġu ttrasportati l-ħaddiema umanitarji u l-provvisti ta' emerġenza lejn żoni kritiċi madwar id-dinja.

    infographic illustration    
  • EUR 3.3 biljun f'appoġġ tal-UE għall-Balkani tal-Punent  
    29 ta' April 2020  

    L-UE qed timmobilizza pakkett ta' aktar minn EUR 3.3 biljun biex tassisti lis-sħab tagħha tal-Balkani tal-Punent, bħala appoġġ għas-settur tas-saħħa, l-irkupru soċjali u ekonomiku, għajnuna umanitarja lir-refuġjati u assistenza makrofinanzjarja kif ukoll mikrofinanzjarja.

    infographic illustration    
  • Kważi EUR 36 biljun bħala appoġġ lill-pajjiżi sħab  
    8 ta' April 2020  

    L-UE varat il-pakkett "Tim Ewropa" biex tgħin lill-pajjiżi l-aktar vulnerabbli jiġġieldu l-pandemija u jnaqqsu l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tagħha, b'mod partikolari fl-Afrika, il-viċinat tal-UE, iżda wkoll l-Asja u l-Paċifiku, kif ukoll l-Amerika Latina u l-Karibew.

    infographic illustration    
  • Sa EUR 28 miljun għall-appoġġ tar-riċerka fl-Afrika sub-Saħarjana  
    29 ta' April 2020  

    Is-sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw (EDCTP) qed tniedi tliet sejħiet għal espressjonijiet ta' interess biex jiġu appoġġjati l-kapaċitajiet ta' riċerka fl-Afrika sub-Saħarjana, b'baġit massimu ta' EUR 28 miljun iffinanzjat minn Orizzont 2020, il-programm tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE.

    infographic illustration    
  • EUR 700 miljun f'assistenza finanzjarja biex tgħin lill-Greċja timmaniġġja l-migrazzjoni  
    3 ta' Marzu 2020 

    L-UE għamlet EUR 350 miljun disponibbli bħala appoġġ għall-Greċja, fejn jaslu l-aktar refuġjati u migranti. Għajnuna finanzjarja oħra ta' EUR 350 miljun tista' tintalab bħala parti minn baġit emendatorju. Barra minn hekk, il-Greċja ngħatat assistenza f'termini ta' tagħmir mediku, timijiet mediċi, xelters, tined u kutri permezz tal-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili.

    infographic illustration    

Id-diżinformazzjoni dwar il-pandemija qed tinfirex ma' kullimkien, u dan qed jagħmel il-ġlieda kontra l-virus aktar diffiċli. L-UE tipprovdi u tippromwovi b'mod attiv informazzjoni affidabbli u tikkoopera mal-pjattaformi online biex jitneħħew l-aħbarijiet foloz u l-iskemi qarrieqa online. Fl-10 ta' Ġunju, il-Kummissjoni pproponiet azzjonijiet konkreti li jistgħu jinbdew malajr biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni.


Tista' wkoll tara l-punti ewlenin fl-10 affarijiet li qed tagħmel l-UE fil-ġlieda kontra l-coronavirus.