Il-Patt Ekoloġiku: fattur ewlieni għal UE newtrali għall-klima u sostenibbli

Il-Patt Ekoloġiku huwa t-tweġiba tal-UE għall-kriżi klimatika li għaddejja bħalissa. Skopri aktar dwar dan il-pjan direzzjonali għal Ewropa newtrali għall-klima.

Il-Patt Ekoloġiku, Lesti għall-mira tal-55 %, il-Liġi dwar il-Klima...x'inhuma dawn?

F’Novembru 2019, il-Parliament iddikjara emerġenza klimatika li tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tadatta l-proposti kollha tagħha f’konformità mal-mira ta’ 1.5 °C biex jiġi limitat it-tisħin globali u jiġi żgurat li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jitnaqqsu b’mod sinifikanti.

 

B'rispons, il-Kummissjoni żvelat il-Patt Ekoloġiku Ewropew, pjan direzzjonali biex l-Ewropa ssir kontinent newtrali għall-klima sal-2050.

 

Aktar tagħrif dwar ir-reazzjonijiet tal-UE għat-tibdil fil-klima

L-għanijiet u l-benefiċċji tal-Patt Ekoloġiku Ewropew

 

Il-Parlament adotta l-Liġi tal-UE dwar il-Klima tal-24 ta’ Ġunju 2021, li tagħmel legalment vinkolanti mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ 55 % sal-2030 u n-newtralità klimatika sal-2050. Dan iqarreb lill-UE lejn l-objettiv tagħha ta' emissjonijiet negattivi għal wara l-2050 u jikkonferma t-tmexxija tagħha fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima.

 

Il-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju biex iżidu l-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE għall-2030 minn 40% għal mill-inqas 55%. Il-Parlament adotta l-Liġi tal-UE dwar il-Klima fl-24 ta' Ġunju 2021. Il-mira tal-2030 u l-mira tan-newtralità klimatika għall-2050 se jkunu legalment vinkolanti, u se jqarrbu lill-UE lejn l-objettiv tagħha ta' emissjonijiet negattivi għal wara l-2050 u jikkonfermaw it-tmexxija tagħha fil-ġlieda dinjija kontra t-tibdil fil-klima.

 

Dan għandu jippermetti li l-miri jiġu applikati b'mod aktar faċli għal-leġiżlazzjoni u għandu joħloq benefiċċji bħal arja, ilma u ħamrija aktar nodfa; kont imnaqqas tal-enerġija; djar rinnovati; trasport pubbliku aħjar u aktar stazzjonijiet tal-iċċarġjar għall-karozzi elettroniċi; inqas skart; ikel aktar tajjeb għas-saħħa u saħħa aħjar għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri.

 

In-negozji se jibbenefikaw ukoll hekk kif jinħolqu opportunitajiet f'oqsma fejn l-Ewropa għandha l-għan li tistabbilixxi standards dinjija. Huwa mistenni wkoll li jiġu ġġenerati impjiegi, pereżempju fl-enerġija rinnovabbli u fi proċessi u bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

 

Skopri dwar il-kontribuzzjonijiet tal-UE għall-miżuri klimatiċi globali fl-iskeda ta’ żmien tagħna.

Il-pakkett Lesti għall-mira ta’ 55 % biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku

 

It-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-industrija, it-trasport u setturi oħra

 

Fl-2023, il-Membri tal-PE approvaw l-files li ġejjin:

 

 

Aqra aktar dwar il-miżuri attwali tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-gassijiet b’effett ta’ serra speċifiċi li mhumiex CO2

 

Il-ħolqien ta’ fondi tal-UE biex jiġu appoġġati l-unitajiet domestiċi fit-tranżizzjoni ekoloġika

 

Il-Parlament approva l-implimentazzjoni ta’ Fond Soċjali għall-Klima, iffinanzjat mill-irkant tal-kwoti tal-ETS, biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta tal-enerġija billi tingħata għajnuna lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lin-negozji ż-żgħar u lill-utenti tat-trasport biex jindirizzaw il-faqar enerġetiku u tal-mobbiltà.


Nagħtu spinta lill-ekonomija ċirkolari

 

Barra minn hekk, f'Marzu 2020 il-Kummissjoni ppreżentat il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari, li jinkludi miżuri tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti li jippromwovu proċessi tal-ekonomija ċirkolari, biex jitrawwem il-konsum sostenibbli u jiġi garantit inqas skart. Dan ser jiffoka fuq:

 

F’Novembru 2022, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet regoli ġodda għall-UE kollha dwar l-imballaġġ.

 

Bħala parti mir-regoli għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid, b’mod partikolari d-drittgħat-tiswija, l-UE qablet dwar ċarġer komuni. Il-USB Tip-C se jsir iċ-ċarġer komuni għall-biċċa l-kbira tal-apparati elettroniċi fl-UE sa tmiem l-2024. Il-laptops se jkollhom ikunu mgħammra b’port tat-Tip-C USB sat-28 ta’ April 2026.

 

F’Marzu 2023, il-Kummissjoni ppreżentat proposta ġdida biex tippromwovi t-tiswija u l-użu mill-ġdid tal-oġġetti. Fi ħdan il-garanzija legali, dan ikun jeħtieġ li l-bejjiegħa jsewwu l-prodotti sakemm ma jkunx irħas li jissostitwuhom. Lil hinn mill-garanzija, din tipprovdi drittijiet biex it-tiswijiet isiru aktar faċli u irħas.

 

F’Settembru 2022, il-Parlament approva l-pożizzjoni tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal- istrateġija industrijali l-ġdida tal-UE biex tgħin lin-negozji jegħlbu l-kriżi relatata mal-COVID, jallinjaw l-infiq mal-politika u jagħmlu t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika u ċirkolari.

 

F’Novembru 2021, il-Membri tal-PE appellaw għal strateġija tal-UE aktar komprensiva għall- materja prima kritika (CRMs) biex l-Ewropa ssir inqas dipendenti fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima kritika li hija kruċjali għall-industriji strateġiċi tagħha. F’Marzu 2023, il-Kummissjoni pproponiet att tas-CRMs tal-UE biex tiżgura provvista adegwata u diversifikata għall-ekonomija diġitali tal-Ewropa kif ukoll għat-tranżizzjoni ekoloġika, filwaqt li tipprijoritizza l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

 

Skopri aktar dwar il-benefiċċji tal-ekonomija ċirkolari u kif il-Parlament jiġġieled it-tniġġis tal-plastik


Il-ħolqien ta’ sistema sostenibbli tal-ikel

 

Is-settur tal-ikel huwa wieħed mill-muturi ewlenin tat-tibdil fil-klima. Minkejja li l-agrikoltura tal-UE hija l-uniku settur agrikolu ewlieni fid-dinja li naqqas l-emissjonijiet tiegħu ta' gassijiet b'effett ta' serra (b'20% mill-1990), xorta waħda jammonta għal madwar 10% tal-emissjonijiet (li minnhom, 70% joriġinaw mill-annimali).

 

L-istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt", ippreżentata mill-Kummissjoni f'Mejju 2020, għandha tiggarantixxi sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, filwaqt li tiżgura l-għajxien tal-bdiewa. Tkopri l-katina kollha tal-provvista tal-ikel, minn tnaqqis b'nofs tal-użu tal-pestiċidi u l-bejgħ tal-antimikrobiċi u tnaqqis tal-użu tal-fertilizzanti sa żieda fil-biedja organika.

 

Il-Parlament laqa' l-istrateġija mill-għalqa sal-platt tal-UE f'riżoluzzjoni adottata f'Ottubru 2021 iżda żied rakkomandazzjonijiet biex din issir saħansitra aktar sostenibbli. Il-Parlament speċifika li l-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%" għandu jinkludi miri ambizzjużi għall-emissjonijiet mill-agrikoltura u l-użu tal-art relatat.

 

Il-preservazzjoni tal-bijodiversità

 

Fl-istess ħin, l-UE għandha l-għan li tindirizza t-telf tal-bijodiversità, inkluż il-potenzjal ta' estinzjoni ta' miljun speċi. L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030, li ġiet żvelata f'Mejju 2020 mill-Kummissjoni, għandha l-għan li tipproteġi n-natura, treġġa' lura d-degradazzjoni tal-ekosistemi u twaqqaf it-telf tal-bijodiversità.

 

Fit-8 ta' Ġunju, il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna, u insista li l-implimentazzjoni tagħha tkun konsistenti mal-istrateġiji l-oħra tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

 

Il-Parlament ilu jippromwovi forestrija sostenibbli peress li l-foresti għandhom rwol essenzjali fl-assorbiment u t-tpaċija tal-emissjonijiet tal-karbonju. Il-Membri tal-PE jirrikonoxxu wkoll il-kontribut tal-forestrija għall-ħolqien tal-impjiegi fil-komunitajiet rurali u r-rwol li l-UE jista' jkollha fil-protezzjoni u r-restawr tal-foresti tad-dinja.

 

Skopri l-fatti u ċ-ċifri tat-tibdil fil-klima

Il-finanzjament tat-tranżizzjoni ekoloġika

F'Jannar 2020, il-Kummissjoni ppreżentat il-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli, l-istrateġija għall-iffinanzjar tal-Patt Ekoloġiku billi jiġu attirati mill-inqas €1 triljun f'investiment pubbliku u privat tul l-għaxar snin li ġejjin.

 

Bħala parti mill-pjan ta' investiment, il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta għandu jgħin biex itaffi l-impatt soċjoekonomiku tat-tranżizzjoni fuq il-ħaddiema u l-komunitajiet l-aktar milquta mill-bidla. F'Mejju 2020, il-Kummissjoni pproponiet faċilità ta' self għas-settur pubbliku biex jiġu appoġġati l-investimenti ekoloġiċi f'reġjuni li jiddependu fuq il-fjuwils fossili, u ġiet approvata mill-Parlament f'Ġunju 2021.

 

Il-Parlament u l-Kunsill qablu fuq l-introduzzjoni ta' sorsi ġodda ta' dħul biex jiffinanzjaw il-baġit tal-UE u l-pjan ta' rkupru ekonomiku tal-COVID-19. Dawn jinkludu dħul mill-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet u mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera li jimponi imposta fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti.

 

Biex jiġi mħeġġeġ l-investiment f'attivitajiet ambjentalment sostenibbli u jiġi evitat li kumpaniji li jiddikjaraw b'mod falz li l-prodotti tagħhom ma jagħmlux ħsara lill-ambjent – prattika magħrufa bħala greenwashing – il-Parlament adotta leġiżlazzjoni ġdida dwar l-investimenti sostenibbli f'Ġunju 2020. F'Novembru 2020, il-Membri tal-PE talbu wkoll għal bidla minn sistema ekonomika mhux sostenibbli għal waħda sostenibbli, bħala element kruċjali biex tiġi żviluppata l-awtonomija strateġika fit-tul tal-UE u biex tiżdied ir-reżiljenza tal-UE.

 

Skopri kif il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jgħin lir-reġjuni tal-UE jagħmlu t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ekoloġika