Il-Premju Sakharov 2020: il-persuni nominati 

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Skopri dwar il-persuni nominati din is-sena għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-Parlament Ewropew.

Jewher Ilham tirċievi l-Premju Sakharov 2019 f'isem missierha Ilham Tohti,  

Il-Parlament jagħti l-Premju Sakharov kull sena biex jonora lil individwi u organizzazzjonijiet eċċezzjonali li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Fl-2019 il-Premju ngħata lil Ilham Tohti, ekonomista Uyghur li jiġġieled għad-drittijiet tal-minoranza Uyghur taċ-Ċina.


In-nomini għall-Premju Sakharov jistgħu jsiru mill-gruppi politiċi u/jew minn gruppi magħmula minn tal-anqas 40 Membru tal-PE.

Il-gruppi politiċi ppreżentaw in-nomini ta' din is-sena f'laqgħa konġunta tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tas-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem fi Brussell fit-28 ta' Settembru 2020.

In-nomini għall-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2020 huma:

Isem

Nominat minn

L-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, irrappreżentata mill-Kunsill ta' Koordinazzjoni, li hija inizjattiva ta' nisa qalbiena u personaġġi politiċi u tas-soċjetà ċivili

PPE, S&D, Renew Europe

Il-Monsinjur Najeeb-Moussa Michaeel,

Arċisqof ta' Mosul, l-Iraq

ID

L-attivisti ta' Guapinol u Berta Cáceres fil-Honduras

Greens/EFA, GUE/NGL

L-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, irrappreżentata minn Sviatlana Tsikhanouskaya

ECR

L-attivisti Polakki favur l-LGBTI Jakub Gawron, Paulina Pajak, Paweł Preneta u Kamil Maczuga, fundaturi tas-sit web Atlas of Hate

Malin Björk, Terry Reintke, Marc Angel, Rasmus Andresen u 39 MPE ieħor



The democratic opposition in Belarus, is represented by the Coordination Council, initiative of brave women - main opposition candidate Sviatlana Tsikhanouskaya; Nobel Laureate Svetlana Alexievich; musician and political activist Maryia Kalesnikava; and political activists Volha Kavalkova and Veranika Tsapkala - as well as and political and civil society figures - video blogger and political prisoner Siarhei Tsikhanouski; Ales Bialiatski, founder of the Belarusian human rights organisation Viasna; Siarhei Dyleuski; Stsiapan Putsila, founder of the Telegram channel NEXTA; and Mikola Statkevich, political prisoner and presidential candidate at the 2010 election.


Sviatlana Tsikhanouskaya is a teacher, human rights activist and politician who after her husband's arrest participated in the 2020 Belarusian presidential election as the main opposition candidate. Alexander Lukashenko was officially declared the winner in a contest marred by allegations of widespread electoral fraud and Tsikhanouskaya, after asking for a recount of the votes had to flee to Lithuania in fear of imprisonment. In response to the allegations of electoral fraud, large peaceful protests have erupted across the country and were pushed back by the regime with unprecedented violence. Meanwhile, a Coordination Council was established to represent the civic nation of Belarus and to facilitate a peaceful transfer of power.


“The people of Belarus deserve the Sakharov Prize, because Belarussians of all generations have revolted against the Lukashenko dictatorship,” said Latvian EPP member Sandra Kalniete. "Violence will not stop the Belarusian people in their demands for free elections and democratic change."


Dutch S&D member Kati Piri said: “This nomination proves the strong support for the legitimate demand and aspirations of the Belarusian people for new, free and fair elections, for democratic governance, for fundamental rights and an end to authoritarian repression on the European continent."


Urmas Paet, an Estonian member of Renew Europe, added: “The Belarusian democratic opposition is an inevitably broad concept and this candidacy presents a comprehensive vision that reflects the reality of a diverse opposition and clearly supports the courage and bravery of its civil society."


Polish ECR member Anna Fotyga explained why her group supported the nomination of the democratic opposition in Belarus, as represented by Sviatlana Tsikhanouska: “All these years, over political divisions, we supported, in the European Parliament, the democratic society, democratic opposition of Belarus. It was their choice (...) to choose Sviatlana Tsikhanouskaya as their leader and representative of the democratic opposition."

L-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja hija rrappreżentata mill-Kunsill ta' Koordinazzjoni, li hija inizjattiva ta' nisa qalbiena – il-kandidata ewlenija tal-oppożizzjoni Sviatlana Tsikhanouskaya; ir-Rebbieħa tal-Premju Nobel Svetlana Alexievich; il-mużiċista u attivista politika Maryia Kalesnikava; u l-attivisti politiċi Volha Kavalkova u Veranika Tsapkala, kif ukoll personaġġi politiċi u tas-soċjetà ċivili – il-video blogger u priġunier politiku Siarhei Tsikhanouski; Ales Bialiatski, fundatur taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem "Viasna"; Siarhei Dyleuski; Stsiapan Putsila, fundatur tal-kanal fuq Telegram NEXTA u Mikola Statkevich, priġunier politiku u kandidat presidenzjali fl-elezzjoni tal-2010.

Sviatlana Tsikhanouskaya hija għalliema, attivista tad-drittijiet tal-bniedem u figura politika li wara l-arrest tar-raġel tagħha pparteċipat fl-elezzjoni presidenzjali Belarussa tal-2020 bħala l-kandidata ewlenija tal-oppożizzjoni. Alexander Lukashenko ġie ddikjarat uffiċjalment ir-rebbieħ f'taqtigħa mimlija b'allegazzjonijiet ta' frodi elettorali mifruxa, u Tsikhanouskaya, wara li talbet li l-voti jingħaddu mill-ġdid, kellha taħrab lejn il-Litwanja minħabba biża' li tintefa' l-ħabs. Bi tweġiba għall-allegazzjonijiet ta' frodi elettorali, qamu protesti paċifiċi kbar madwar il-pajjiż u dawn ġew imrażżna mir-reġim bi vjolenza mingħajr preċedent. Sadanittant, ġie stabbilit Kunsill ta' Koordinazzjoni biex jirrappreżenta n-nazzjon ċiviku tal-Belarussja u biex jiffaċilita t-trasferiment paċifiku tal-poter.

     

"In-nies tal-Belarussja jistħoqqilhom il-Premju Sakharov, minħabba li l-Belarussi tal-ġenerazzjonijiet kollha qamu kontra d-dittatorjat ta' Lukashenko" (...) Il-vjolenza mhux se twaqqaf lill-poplu Belarussu fit-talbiet tiegħu għal elezzjonijiet ħielsa u bidla demokratika," qalet il-Membru Latvjana tal-PPE Sandra Kalniete. Il-Membru Netherlandiża tal-S&D Kati Piri esprimiet li "din in-nomina tagħti prova tal-appoġġ qawwi għat-talba u l-aspirazzjonijiet leġittimi tal-poplu Belarussu għal elezzjonijiet ġodda, ħielsa u ġusti, għall-governanza demokratika, għad-drittijiet fundamentali u għat-tmiem tar-repressjoni awtoritarja fil-kontinent Ewropew".

Urmas Paet, Membru Estonjan għal Renew Europe, żied jgħid li "l-oppożizzjoni demokratika Belarussa hija kunċett inevitabbilment wiesa' u li din il-kandidatura tippreżenta viżjoni komprensiva li tirrifletti r-realtà ta' oppożizzjoni diversa u tappoġġa b'mod ċar il-kuraġġ u l-qlubija tas-soċjetà ċivili tagħha".

Il-Membru Pollakk tal-grupp ECR, Anna Fotyga, spjegat ir-raġunament wara d-deċiżjoni tal-partit tagħha li jappoġġa n-nomina tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja, kif irrappreżentata minn Sviatlana Tsikhanouska, "F'dawn is-snin kollha, u minkejja l-qasmiet politiċi, aħna appoġġajna, fil-Parlament Ewropew, is-soċjetà demokratika u l-oppożizzjoni demokratika tal-Belarussja. Kienet l-għażla tagħhom (...) li jagħżlu lil Sviatlana Tsikhanouskaya bħala l-mexxejja u r-rappreżentanta tagħhom tal-oppożizzjoni demokratika".

 

Meta l-Istat Iżlamiku daħal Mosul f'Awwissu 2014, il-Monsinjur Najeeb Moussa Michaeel, Arċisqof ta' Mosul żgura l-evakwazzjoni tal-Insara, tas-Sirjaki u tal-Kaldej lejn il-Kurdistan tal-Iraq u ssalvagwardja aktar minn 800 manuskritt storiku li jmorru lura mis-seklu 13 sas-seklu 19. Aktar tard, dawn il-manuskritti ġew diġitalizzati u esibiti fi Franza u fl-Italja. Mill-1990 huwa kkontribwixxa għas-salvagwardja ta' 8,000 manuskritt ieħor u 35,000 dokument mill-Knisja Orjentali.

Il-Membru Franċiż tal-grupp ID, Nicolas Bay qal li "din hija opportunità reali biex dan il-premju jingħata lil persuna kuraġġuża, u difensur li ma' qata' qalbu qatt tal-Kristjani f'dik l-art, biex jiġi rikonoxxut u enfasizzat l-isforz ta' dan il-qassis li rreżista l-barbariżmu u salva dawk il-manuskritti mill-Iraq".

 

L-attivisti ambjentali ta' Guapinol, Porfirio Sorto Cedillo, José Avelino Cedillo, Orbin Naún Hernández, Kevin Alejandro Romero, Arnold Javier Aleman, Ever Alexander Cedillo, Daniel Marquez and Jeremías Martínez Díaz, huma membri tal-Kumitat Muniċipali għad-Difiża tal-Beni Komuni u Pubbliċi ta' Tocoa. Huma ġew mitfugħin il-ħabs għas-sehem tagħhom f'kamp ta' protesta paċifika kontra kumpanija tal-minjieri, li l-attivitajiet tagħha wasslu għall-kontaminazzjoni tax-xmajjar Guapinol u San Pedro. Filwaqt li ħabsin oħra ġew meħlusa, id-difensuri ta' Guapinol għadhom detenuti u l-prosekuzzjoni ma ppreżentat l-ebda evidenza solida biex tiġġustifika din id-detenzjoni mtawla.

 

Berta Cáceres, li ġiet assassinata f'Marzu 2016, kienet ekoloġista kuraġġuża u attivista prominenti tad-drittijiet tal-art mill-komunità indiġena ta' Lenka fil-Honduras. Hija kienet kofundatriċi tal-Kunsill tal-Popli Indiġeni tal-Honduras (COPINH). Matul aktar minn għoxrin sena, hija ġġieldet kontra l-ħtif tal-art, il-qtugħ illegali tas-siġar u l-megaproġetti. Fl-2015 hija ngħatat il-Premju Ambjentali Goldman.


Tilly Metz, Membru Lussemburgiż mill-grupp Verts/ALE, iddeskriviet iż-żminijiet diffiċli li l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem qed ikollhom fil-Honduras. "Dawn huma żewġ każijiet simboliċi li juru l-inġustizzja u l-impunità fil-Honduras... Il-Honduras għandu l-ogħla rata ta' qtil per capita, li tagħmlu l-aktar pajjiż perikoluż fid-dinja għad-difensuri tal-art u tal-ambjent".

 

L-attivisti Pollakki tal-LGBTI Jakub Gawron, Paulina Pajak, Paweł Preneta u Kamil Maczuga fl-2019 waqqfu s-sit elettroniku Atlas of Hate, li jimmappja u jimmonitorja l-ħafna muniċipalitajiet Pollakki lokali li kienu adottaw, irrifjutaw jew kellhom pendenti "riżoluzzjonijiet kontra l-LGBTI" filwaqt li xerrdu informazzjoni lill-attivisti, lill-midja u lill-politiċi. Illum il-ġurnata, aktar minn 100 muniċipalità jew awtorità lokali fil-Polonja ddikjaraw lilhom infushom "żoni mingħajr LGBTI" jew adottaw l-hekk imsejħa "Karti Reġjonali dwar il-Valuri tal-Familja". Fl-2020, Gawron, Pajak u Preneta ġew imħarrka minn ħamsa minn dawk il-muniċipalitajiet lokali, talli għamlu ħsara lir-reputazzjoni tagħhom u ntalbu jagħtu apoloġija pubblika u kumpens ekonomiku lil "organizzazzjonijiet favur il-familja" fil-ħames reġjuni. 

(...) Il-Membru Żvediża Malin Björk (GUE/NGL) qalet li "din in-nomina hija dwar l-istampa sħiħa; ir-rispett tal-istat tad-dritt, id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali, li huma eżattament dak li għandu jikkonċerna dan il-premju. Dawn l-attivisti issa qed jiġu mħarrka fil-qorti preċiżament għall-azzjoni tagħhom biex jagħmlu viżibbli d-diskriminazzjoni li qed jiffaċċjaw il-persuni LGBTI".

Kalendarju tal-proċess 
  • It-22 ta' Ottubru. ir-rebbieħ jitħabbar mill-President tal-Parlament u mill-mexxejja tal-gruppi politiċi 
  • Is-16 ta' Diċembru Iċ-ċerimonja tal-għoti tal-Premju Sakharov fi Strasburgu 

Il-passi li jmiss


Abbażi tan-nomini uffiċjali, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp jivvutaw biex jaslu għal tliet finalisti. Wara, il-Konferenza tal-Presidenti – komposta mill-President tal-Parlament Ewropew u mill-mexxejja tal-gruppi politiċi – tagħżel ir-rebbieħ jew ir-rebbieħa.