Il-Coronavirus: Kronoloġija tal-azzjoni tal-UE fl- 

Aġġornata(a): 
 
Maħluq(a):   
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Agħti ħarsa lejn il-kronoloġija tagħna biex issir taf kif l-UE qed tindirizza l-impatt tal-pandemija tal-coronavirus fl-2021.

Skopri x'azzjoni qed tieħu l-UE fl-2021 għall-varar ta' vaċċini u trattament, biex tagħti spinta lill-ekonomija, l-impjiegi, is-soċjetà, l-ivvjaġġar u t-trasport u biex tgħin lis-sħab tagħha madwar id-dinja fil-ġlieda kontra l-COVID-19.

Tista' wkoll tagħti ħarsa lejn il-kronoloġija tal-coronavirus 2020 tagħna.

Il-kronoloġija tal-COVID-19 għall-2021  
description: Segwi l-avvenimenti tal-2021  

Il-Parlament lest għan-negozjati dwar iċ-ċertifikat COVID-19 tal-

title short description: Il-Parlament irid jilħaq ftehim mal-Kunsill dwar ċertifikat għal vjaġġar sikur aktar faċli matul il-pandemija qabel is-sajf. Il-MPE ma jridu l-ebda restrizzjoni addizzjonali għad-detenturi taċ-ċertifikati u talbu aċċess għal "ittestjar universali, aċċessibbli, f'waqtu u mingħajr ħlas".

L-Istati Membri qablu dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għaċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE

title short description: L-Istati Membri qablu dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ewlenin għaċ-ċertifikat COVID-19 tal-UE, kruċjali għall-istabbiliment tal-infrastruttura meħtieġa.

L-UE tappoġġja kampanji ta' vaċċinazzjoni fl-Afrika b'€100

title short description: L-inizjattiva tal-UE biex tappoġġja l-introduzzjoni rapida u sikura tal-vaċċini tal-COVID-19 għall-Afrika għandha valur ta' €100 miljun. Se jiġu investiti fondi f'attivitajiet bħat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, il-loġistika u l-għoti tal-vaċċini f'żoni ta' kunflitt u f'żoni li diffiċli li jintlaħqu. Dan se jiġi implimentat f'kooperazzjoni maċ-Ċentri Afrikani għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard u ma' sħab internazzjonali oħra.

L-UE tipprovdi vaċċini lill-Balkani tal-Punent

title short description: L-UE tipprovdi 651,000 doża BioNTech/Pfizer għall-Balkani tal-Punent bl-ewwel konsenja ssir f'Mejju. L-Awstrija se tgħin fid-distribuzzjoni.

Ftehim dwar konsenja aktar rapida tal-

title short description: Il-kumpanija farmaċewtika BioNTech-Pfizer qablet li tħaffef it-twassil tal-vaċċini u tipprovdi 50 miljun doża addizzjonali fit-tieni kwart tal-2021. Id-dożi kienu inizjalment previsti għar-raba' kwart tal-2021.

€123 miljun għar-riċerka dwar il-varjanti tal-coronavirus

title short description: L-UE timmobilizza €123 miljun minn programm ġdid ta' riċerka u innovazzjoni Orizzont Ewropa għar-riċerka dwar il-varjanti tal-coronavirus.

L-UE tgħin lill-Moldova, lill-Montenegro u lill-Maċedonja ta' Fuq

title short description: L-UE għenet lir-Rumanija biex twassal il-vaċċin lill-Moldova u pprovdiet tagħmir mediku lill-Maċedonja ta' Fuq u lill-Montenegro biex tgħinhom ilaħħqu mal-pandemija.

Proposta għal ċertifikat tal-ivvjaġġar

title short description: Biex tippermetti moviment aktar faċli matul il-pandemija, il-Kummissjoni qed tipproponi "Ċertifikat Aħdar Diġitali", li jipprovdi prova tal-vaċċinazzjoni, test negattiv jew irkupru mill-COVID-19.

Il-MPE jistaqsu lill-esperti dwar il-varjanti tal-COVID-19

title short description: Il-kumitat għas-saħħa pubblika tal-Parlament iddiskuta l-mutazzjonijiet tal-coronavirus u l-effikaċja tal-vaċċini eżistenti ma' esperti mill-ECDC, l-EMA u d-WHO.

Il-vaċċin Johnson & Johnson ġie awtorizzat

title short description: Il-vaċċin kontra l-COVID-19, żviluppat minn Johnson & Johnson, jingħata awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq fl-UE. Dan huwa r-raba' vaċċin awtorizzat, wara rakkomandazzjoni xjentifika pożittiva mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.

Sa 4 miljun doża addizzjonali tal-vaċċin BioNTech/Pfizer

title short description: Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jixtru sa erba' miljun doża addizzjonali tal-vaċċin BioNTech-Pfizer, li għandhom jaslu qabel l-aħħar ta' Marzu. Id-dożi jiżdiedu mal-konsenji miftiehma.

Il-programm il-ġdid tas-saħħa ġie approvat

title short description: Il-MPE adottaw il-programm il-ġdid "l-UE għas-Saħħa" biex jgħin lill-UE ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa u jħejjihom biex jindirizzaw aħjar il-kriżijiet futuri potenzjali.

Il-MPE jistaqsu lis-CEOs tal-kumpaniji farmaċewtiċi dwar il-konsenja tal-

title short description: F'diskussjoni ma' kumpaniji farmaċewtiċi, il-MPE talbu ċarezza u insistew fuq il-fatt li l-kuntratti jiġu rrispettati.

Pjan ta' tħejjija għall-varjanti l-ġodda tal-COVID-19

title short description: Il-pjan tal-Inkubatur HERA tal-Kummissjoni għandu l-għan li jiżgura żvilupp, approvazzjoni u produzzjoni mgħaġġla ta' vaċċini għal varjanti ġodda tal-COVID-19.

Il-MPE jappellaw għal miżuri urġenti biex tiżdied il-produzzjoni tal-vaċċini

title short description: Waqt id-dibattitu plenarju, il-MPE qalu li l-UE jeħtiġilha tkompli bl-isforzi kkoordinati tagħha fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19 u tieħu miżuri urġenti biex tiżdied il-produzzjoni tal-vaċċini u jintlaħqu l-aspettattivi taċ-ċittadini.

Il-faċilità għall-irkupru u r-reżiljenza adottata

title short description: Il-Parlament jadotta s-EUR 672.5 biljun tal-"faċilità għall-irkupru u r-reżiljenza", il-programm emblematiku fil-pjan ta' rkupru tal-COVID-19, biex jappoġġja lill-pajjiżi tal-UE ħalli jtaffu l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-pandemija u jħejju l-ekonomiji tal-UE għal futur diġitali sostenibbli.

Miżuri ta' għajnuna għall-avjazzjoni

title short description: Il-Parlament jadotta ftehim mal-Istati Membri li jippermetti lil-linji tal-ajru jużaw mill-inqas 50% tas-slots ippjanati għat-tlugħ u l-inżul tagħhom għall-istaġuni tas-sajf u tax-xitwa tal-2021, minflok it-80% meħtieġa qabel il-pandemija. Ir-regola "tużah jew titilfu" kienet diġà ġiet sospiża temporanjament f'Marzu 2020 biex jiġi evitat li l-linji tal-ajru joperaw titjiriet vojta.

Trasparenza dwar il-provvisti tal-vaċċini

title short description: Il-kumitat għas-saħħa pubblika tal-Parlament jappella għal data trasparenti dwar l-għadd ta' dożi ta' vaċċini pprovduti u dwar l-iskedi tat-tilqim għal kull pajjiż fuq bażi ta' kull xahar, biex tiġi evitata d-diżinformazzjoni.

Mekkaniżmu għall-esportazzjonijiet tal-vaċċini kontra l-COVID-19

title short description: Il-kumpaniji li magħhom l-UE kkonkludiet Ftehimiet ta' Xiri bil-Quddiem għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar kwalunkwe pjan għall-esportazzjoni ta' vaċċini prodotti fl-Unjoni Ewropea.

Il-vaċċin tal-AstraZeneca ġie awtorizzat

title short description: Il-vaċċin kontra l-COVID-19 żviluppat mill-AstraZeneca ngħata awtorizzazzjoni kundizzjonali għat-tqegħid fis-suq. Dan huwa t-tielet vaċċin awtorizzat, wara rakkomandazzjoni xjentifika pożittiva mill-EMA.

Flessibbiltà skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat

title short description: Il-Kummissjoni tadotta miżuri temporanji li jippermettu lill-pajjiżi tal-UE jipprovdu għotjiet, self u salvagwardji lill-kumpaniji biex jgħinu fis-sostenn tal-ekonomija matul il-kriżi.

Għajnuna għal min hu l-aktar fil-bżonn

title short description: Il-Parlament jadotta ftehim biex jagħmel disponibbli riżorsi addizzjonali fl-2021 u l-2022 biex jipprovdi ikel u assistenza bażika lill-persuni l-aktar fil-bżonn.

Sa 300 miljun doża addizzjonali tal-vaċċin BioNTech/Pfizer

title short description: L-Istati Membri tal-UE jistgħu jixtru 200 miljun doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-COVID-19 prodott minn BioNTech u Pfizer, bil-possibbiltà li jakkwistaw 100 miljun doża oħra.

Il-vaċċin Moderna ġie awtorizzat

title short description: Il-vaċċin kontra l-COVID-19, żviluppat minn Moderna, jingħata awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq fl-UE. Dan huwa t-tieni vaċċin awtorizzat, wara rakkomandazzjoni xjentifika pożittiva mill-EMA.