Il-kriżi tal-migrazzjoni: 74% tal-Ewropej iridu li l-UE tistinka aktar 

Aġġornata(a): 
 
Maħluq(a):   
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

©AP Images/ European Union-EP  

L-UE rat influss mingħajr preċedent ta' migranti tul dawn l-aħħar ftit snin. 74% tal-Ewropej iridu li l-UE tistinka aktar biex tiġġestixxi s-sitwazzjoni, skont l-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru kkummissjonat mill-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, żewġ terzi ta' dawk li wieġbu qalu li l-azzjoni tal-UE dwar il-migrazzjoni kienet insuffiċjenti. Kompli aqra biex tiskopri liema miżuri qed jaħdem fuqhom il-Parlament Ewropew.

X'qed jagħmel il-Parlament

 

F'Marzu, il-Membri tal-PE adottaw rapport dwar is-sitwazzjoni fil-Mediterran u l-ħtieġa ta' approċċ olistiku tal-UE għall-migrazzjoni.


Fit-30 ta' Mejju, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili approva l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tintroduċi dokument tal-ivvjaġġar standard tal-UE għall-migranti.


Fis-6 ta' Lulju, il-Membri tal-PE vvutaw favur il-ħolqien ta' sistema ta' kontroll tal-fruntieri tal-UE, li se tgħaqqad l-aġenzija tal-UE għall-fruntieri, Frontex, u l-awtoritajiet nazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri.


Il-Kummissjoni qed tipproponi lista komuni tal-UE ta' pajjiżi ta' oriġini bla periklu biex jitħaffu l-applikazzjonijiet minn persuni li jkunu ġejjin minn pajjiżi kkunsidrati bla periklu. Il-proposta trid tiġi approvata mill-Parlament u mill-Kunsill qabel ma tkun tista' tidħol fis-seħħ.


Il-Membru Franċiża tal-S&D Sylvie Guillaume,li hija inkarigata biex tmexxi l-proposta fi ħdan il-Parlament, qalet: "Il-metodoloġija biex pajjiż jiġi ddikjarat bħala pajjiż ta' oriġini bla periklu, jew biex tali status jiġi rivedut, ittejbet ukoll bil-kbir. Issa ġie inkluż proċess ta' konsultazzjoni biex ikun possibbli li partijiet terzi, bħall-EASO, l-UNHCR u l-NGOs, jieħdu sehem fil-kompitu tal-Kummissjoni li twettaq monitoraġġ tal-lista komuni tal-UE."


Dwar l-istħarriġ


L-istħarriġ tal-Ewrobarometru sar fost 27 969 persuna mill-pajjiżi kollha tal-UE bejn id-9 u t-18 ta' April u tfassal b'tali mod li jkun rappreżentattiv tal-popolazzjoni kollha.


Madwar l-UE, 74% ta' dawk li wieġbu riedu li l-UE tistinka aktar dwar il-migrazzjoni meta mqabbel ma' 74% fl-Irlanda u 68% fir-Renju Unit.


Agħfas hawn biex tikkonsulta r-riżultati għall-pajjiżi kollha u għall-prijoritajiet kollha.