Ir-regoli tal-UE dwar l-asil: ir-riforma tas-sistema ta' Dublin

L-influss lejn l-Ewropa f'dawn l-aħħar snin ta' migranti u persuni li jfittxu l-asil wera l-ħtieġa għal politika Ewropea dwar l-asil aktar ġusta u effettiva.

Għalkemm il-flussi migratorji rekord għall-UE li dehru fl-2015 u l-2016 naqsu, fl-isfond ta' kunflitti internazzjonali u interni, it-tibdil fil-klima u l-faqar, l-Ewropa - minħabba l-pożizzjoni ġeografika u l-istabbiltà tagħha - x'aktarx se tibqa' destinazzjoni għal dawk li jfittxu l-asil u għall-migranti.


Biex ittejjeb l-istat ta' tħejjija tagħha sabiex jintlaqgħu l-migranti u l-persuni li jfittxu l-asil u biex tiġi żgurata aktar solidarjetà u kondiviżjoni aktar ġusta tar-responsabbiltà fost il-pajjiżi tal-UE, hemm bżonn ta' tiġdid tar-regoli tal-UE dwar l-asil, u b'mod partikolari tas-sistema ta' Dublin.


Asylum reform
Ara l-infografika tagħna biex issir taf aktar.

X'inhuma r-regoli ta' Dublin?

Il-qofol tas-sistema tal-asil tal-UE, ir-Regolament ta' Dublin jiddetermina liema pajjiż tal-UE huwa responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali. Fis-6 ta' Novembru 2017, il-Parlament Ewropew ikkonferma mandat għal negozjati interistituzzjonali mal-gvernijiet tal-UE dwar ir-reviżjoni tar-regoli ta' Dublin. Is-suġġerimenti tal-Parlament għal Regolament ta' Dublin ġdid jinkludu:

  • Il-pajjiż li fih persuna li tfittex asil tasal l-ewwel ma jibqax awtomatikament responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-asil.
  • Il-persuni li jfittxu asil "b'rabta ġenwina" ma' pajjiż partikolari tal-UE għandhom jiġu ttrasferiti hemmhekk.
  • Dawk mingħajr rabta ġenwina ma' pajjiż tal-UE għandhom jinqasmu b'mod ġust fost l-Istati Membri kollha. Il-pajjiżi li jirrifjutaw li jipparteċipaw fit-trasferiment tal-persuni li jfittxu asil jistgħu jitilfu l-fondi tal-UE.
  • Il-miżuri ta' sigurtà għandhom jiġu intensifikati, u l-persuni kollha li jfittxu asil iridu jkunu rreġistrati mal-wasla tagħhom u jiġu verifikati l-marki tas-swaba' mad-databases rilevanti tal-UE.
  • Id-dispożizzjonijiet dwar minorenni għandhom jissaħħu u jiġu aċċellerati l-proċeduri ta' riunifikazzjoni tal-familja.


Għalkemm il-Parlament ilu minn Novembru 2017 lest biex jidħol f'negozjati dwar ir-reviżjoni tas-sistema ta' Dublin, il-gvernijiet tal-UE ma rnexxilhomx jilħqu pożizzjoni dwar il-proposti. Skopri aktar dwar l-emendi ssuġġeriti mill-Parlament fl-infografika ta' hawn fuq u f'din in-nota ta' informazzjoni.


Skont l-Aġenzija tar-Refuġjati tan-NU, fl-2018, 13.6 miljun persuna ġew spostati minħabba persekuzzjoni, kunflitt jew vjolenza. B'hekk it-total tal-popolazzjoni dinjija kollha ta' persuni spostati tela' għal 70.8 miljun. 84 % tar-rifuġjati fid-dinja huma ospitati minn reġjuni li qed jiżviluppaw.

Skopri aktar dwar l-inizjattivi l-oħra tal-Parlament biex titjieb is-Sistema Komuni Ewropea tal-Asil.

Young Rohingya refugees look out over Palong Khali refugee camp, a sprawling site located on a hilly area near the Myanmar border in south-east Bangladesh.© UNHCR/Andrew McConnell
© UNHCR/Andrew McConnell

X'inhuma r-regoli ta' Dublin?

Il-qofol tas-sistema tal-asil tal-UE, ir-Regolament ta' Dublin jiddetermina liema pajjiż tal-UE huwa responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali. Il-pożizzjoni tal-Parlament hija li:

  • Il-pajjiż li fih persuna li tfittex asil tasal l-ewwel ma jibqax awtomatikament responsabbli għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-asil.
  • Il-persuni li jfittxu asil "b'rabta ġenwina" ma' pajjiż partikolari tal-UE għandhom jiġu ttrasferiti hemmhekk.
  • Dawk mingħajr rabta ġenwina ma' pajjiż tal-UE għandhom jinqasmu b'mod ġust fost l-Istati Membri kollha. Il-pajjiżi li jirrifjutaw li jipparteċipaw fit-trasferiment tal-persuni li jfittxu asil jistgħu jitilfu l-fondi tal-UE.
  • Il-miżuri ta' sigurtà għandhom jiġu intensifikati, u l-persuni kollha li jfittxu asil iridu jkunu rreġistrati mal-wasla tagħhom u jiġu verifikati l-marki tas-swaba' mad-databases rilevanti tal-UE.
  • Id-dispożizzjonijiet dwar minorenni għandhom jissaħħu u jiġu aċċellerati l-proċeduri ta' riunifikazzjoni tal-familja.

Skopri aktar dwar il-pożizzjoni tal-Parlament fl-infografika ta' hawn fuq u f'din in-nota ta' informazzjoni.

13.6 miljun'

In-numru ta' persuni spustati fl-2018

Ara artikli relatati