Taħditiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti: il-kwistjonijiet ikkonċernati 

Aġġornata(a): 
 
Maħluq(a):   
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

©AP images/European Union-EP  

L-UE u l-Istati Uniti mistennija jidħlu f'taħditiet kummerċjali bl-għan li jsolvu d-differenzi ta' bejniethom.

Kompli aqra biex issir taf x’inhuma l-kwistjonijiet u r-rwol deċiżiv li se jkollu l-Parlament.

Il-protezzjoniżmu tal-Istati Uniti

Ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti ilhom problematiċi minn mindu Donald Trump ġie elett fuq il-pjattaforma tal-protezzjoniżmu u tan-nazzjonaliżmu. In-negozjati dwar is-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP) twaqqfu fi tmiem l-2016 sakemm jingħataw istruzzjonijiet ġodda.

Meta Trump impona dazji doganali addizzjonali fuq l-importazzjonijiet tal-azzar u tal-aluminju, il-Membri tal-PE sejħu din il-mossa inaċċettabbli u inkompatibbli mar-regoli tad-WTO. Il-Membri tal-PE esprimew ukoll tħassib dwar id-dazji doganali tal-Istati Uniti imposti fuq iż-żebbuġ Spanjol, f'Jannar 2018, wara li l-Istati Uniti dehrilhom li dan kien qed jiġi impurtat bi prezz inferjuri għal dak tas-suq.

It-tensjonijiet eskalaw is-sena l-oħra meta Trump hedded li jimponi tariffi addizzjonali fuq karozzi Ewropej għall-ħarsien tas-sigurtà nazzjonali. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, iltaqa' ma' Trump f'isem l-UE biex jiddiskuti din t-theddida miegħu u ż-żewġ naħat qablu li jerġgħu jibdew it-taħditiet kummerċjali.


Taħditiet kummerċjali

Il-Kummissjoni Ewropea se tinnegozja f'isem l-UE, iżda l-mandat tagħha jirrikjedi approvazzjoni. Il-Kunsill tal-Ministri tal-UE mistenni jadotta abbozz ta’ mandat f'Marzu 2019.

Kwalunkwe ftehim li jirriżulta minn dawn it-taħditiet irid jiġi approvat mill-Parlament Ewropew qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.


Prijoritajiet differenti

Konklużjoni pożittiva 'l bogħod minn garantita peress li l-UE u l-Istati Uniti ma jaqblux fuq diversi kwistjonijiet. L-UE ħerqana li tipproteġi l-industrija tal-karozzi, filwaqt li l-Istati Uniti ħerqana li jġiegħlu lill-UE tagħmilha eħfef għall-bdiewa Amerikani li jbigħu l-prodotti tagħhom fl-Ewropa. Tradizzjonalment l-UE kienet aktar kawta fir-rigward tal-produzzjoni tal-ikel, filfatt ipprojbiet prodotti bħal ċanga trattata b'ormoni u tiġieġ maħsul bil-kloru.

Membru Ġermaniż tal-S&D Bernd Lange, president tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, qal: "M'iniex ċert x'se jiġri, issa naraw. U iva, naħseb li l-istrateġija kollha wara l-abbozz ta' mandat għan-negozjati ovvjament hija li s-sitwazzjoni tikkalma u forsi jinkiseb aktar żmien."

Is-Sur Lange kien ukoll l-MEP ewlieni fit-taħditiet tat-TTIP. Huwa sostna li s-sitwazzjoni kienet inbidlet b'mod sinifikanti: "Ovvjament hemm gvern ġdid fl-Istati Uniti u dan jagħmel differenza kbira. Dan il-gvern għandu strateġija kummerċjali ġdida u ċara mibnija fuq żewġ pilastri. Wieħed minnhom għandu l-għan li jieħu l-investiment lura lejn l-Istati Uniti, għalhekk għandhom miżuri protettivi. It-tieni pilastru huwa li ċ-Ċina ma titħalliex tikber iżżejjed u jsir tentattiv biex titnaqqas l-influwenza tagħha."

"Bla dubju, qed nippruvaw noħolqu sistema ta' kummerċ ibbażata fuq ir-regoli. Il-ftehimiet bilaterali tagħna huma bbażati fuq regoli ċari u mhux fuq il-poter."


Ir-rwol tal-Kungress u tal-Parlament Ewropew

Is-Sur Lange sostna li l-Parlament jista' jkollu rwol ewlieni fit-trawwim ta' relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti, filwaqt li jinnota l-bosta kuntatti li l-Parlament għandu mal-Kungress u l-partijiet ikkonċernati.

"Fil-kostituzzjoni tal-Istati Uniti, il-kummerċ dritt li jappartjeni lill-Kungress, u l-Membri tiegħu għandhom xi atti delegati li jagħtu s-setgħa lill-president. Iż-żewġ parlamenti qed jaqdu rwol importanti...it-tnejn meħtieġa joħolqu ftit aktar ordni f'din id-dinja globalizzata f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ u mas-sigurtà."


Banana: eżempji ta' kunflitti kummerċjali preċedenti

Mhijiex l-ewwel darba li l-Istati Uniti u l-UE tlewmu fuq kwistjonijiet kummerċjali. Kien hemm, pereżempju, il-każ tad-dazji fuq il-banana li ffaċilitaw l-esportazzjonijiet tal-frott lejn l-UE mill-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku għad-dannu tal-pajjiżi tal-Amerika Latina.

L-UE kellha xi tgħid ukoll mal-Istati Uniti u mal-Kanada dwar iċ-ċanga ttrattata bl-ormoni, meqjusa potenzjalment perikoluża għas-saħħa. Din il-kwistjoni ssolviet fl-2012 meta l-UE qablet li żżid l-importazzjonijiet taċ-ċanga mingħajr ormoni miż-żewġ pajjiżi.

Prijoritajiet differenti

Konklużjoni b'suċċess mhix garantita peress li l-UE u l-Istati Uniti ma jaqblux dwar diversi kwistjonijiet. L-UE ħerqana li tipproteġi l-industrija tal-karozzi, filwaqt li l-Istati Uniti ħerqana li jġiegħlu lill-UE tagħmilha eħfef għall-bdiewa Amerikani li jbigħu l-prodotti tagħhom fl-Ewropa. Tradizzjonalment l-UE kienet aktar kawta fir-rigward tal-produzzjoni tal-ikel, u pprojbiet prodotti bħal ċanga trattata b'ormoni u tiġieġ maħsul bil-kloru.

Il-Membru Ġermaniż tal-S&D Bernd Lange, president tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, qal: "M'iniex ċert x'se jiġri, ħa naraw. U iva, naħseb li l-istrateġija kollha wara l-abbozz tal-mandat għan-negozjati naturalment hija li s-sitwazzjoni tikkalma u forsi niggwadanjaw naqra żmien."

Lange abbozza r-riżoluzzjoni adottata din il-ġimgħa u kien ukoll il-Membru tal-PE prinċipali fit-taħditiet tat-TTIP. Huwa qal li s-sitwazzjoni kienet inbidlet b'mod sinifikanti: "Naturalment hemm gvern ġdid fl-Istati Uniti u dan jagħmel differenza kbira. Dan il-gvern għandu strateġija kummerċjali ġdida u ċara mibnija fuq żewġ pilastri. Wieħed minnhom għandu l-għan li jieħu l-investiment lura lejn l-Istati Uniti, u għalhekk għandhom miżuri protettivi. It-tieni pilastru huwa li ċ-Ċina ma titħalliex tikber iżżejjed u li tipprova titnaqqas l-influwenza tagħha.".

"M'għandniex xi ngħidu, qed nippruvaw noħolqu sistema ta' kummerċ ibbażata fuq ir-regoli. Il-ftehimiet bilaterali tagħna huma bbażati fuq regoli ċari u mhux fuq il-poter."


Bernd Lange © European Union 2019 – Source: EP  

Ir-rwol tal-Kungress u tal-Parlament Ewropew

Lange sostna li l-Parlament jista' jkollu rwol importanti fit-trawwim ta' relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti, filwaqt li jinnota l-bosta kuntatti li l-Parlament għandu mal-Kungress u l-partijiet ikkonċernati. .

"Fil-kostituzzjoni tal-Istati Uniti, il-kummerċ huwa dritt li jappartjeni għall-Kungress u għandhom xi atti delegati li jagħtu s-setgħa lill-president. Iż-żewġ parlamenti qed jaqdu rwol importanti...it-tnejn meħtieġa joħolqu ftit aktar ordni, fil-kummerċ u fis-sigurtà, f'din id-dinja globalizzata."


Banana: eżempji ta' kunflitti kummerċjali tal-imgħoddi

Mhijiex l-ewwel darba li l-Istati Uniti u l-UE tlewmu fuq kwistjonijiet kummerċjali. Kien hemm, pereżempju, il-każ tad-dazji fuq il-banana li ffaċilita l-esportazzjonijiet lejn l-UE tal-frott li kien ġej mill-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku għad-dannu tal-pajjiżi tal-Amerika Latina.

L-UE kellha xi tgħid ukoll mal-Istati Uniti u mal-Kanada dwar iċ-ċanga ttrattata bl-ormoni, meqjusa potenzjalment perikoluża għas-saħħa. Il-kwistjoni ssolviet fl-2012 meta l-UE qablet li żżid l-importazzjonijiet taċ-ċanga mingħajr ormoni miż-żewġ pajjiżi.