Min hu min: ħarsa ġenerali lejn it-tmexxija tal-Parlament 

Aġġornata(a): 
 
Maħluq(a):   
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Il-Membri tal-PE ħatru president, viċi presidenti u kwesturi ġodda tal-Parlament f'Jannar 2022. Skopri mill-infografika tagħna min intgħażel għall-karigi ewlenin tal-Parlament.

Min huma? Il-Bureau

Il-President tiġi eletta b'mandat ta' sentejn u nofs li jista' jiġġedded

 

Flimkien mal-president tal-Parlament, il-viċi presidenti u l-kwesturi jiffurmaw il-Bureau, li jieħu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' organizzazzjoni interna tal-istituzzjoni. Filwaqt li l-president jissorvelja l-ħidma kollha tal-Parlament u jirrappreżentah fil-kwistjonijiet legali u fir-relazzjonijiet esterni kollha, huwa jista' jiddelega xi dmirijiet lill-viċi presidenti. Il-viċi presidenti jistgħu wkoll jissostitwuh meta jkun qed jippresiedi s-sessjonijiet plenarji. Il-kwesturi jittrattaw kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi li jikkonċernaw lill-Membri tal-PE.

 

Biex issir taf aktar dwar ir-responsabbiltajiet tal-membri tal-Bureau, agħfas fuq isimhom jew ir-ritratt tagħhom.

 

Dawn il-karigi kollha huma biss għal sentejn u nofs u għalhekk il-Membri tal-PE jivvutaw għall-president, il-viċi presidenti u l-kwesturi fil-bidu ta' kull leġiżlatura parlamentari u għal darb'oħra f'nofs il-leġiżlatura.

 

F'Jannar 2023, il-Membri PE vvutaw biex jeleġġu lil Marc Angel (S&D, LU) bħala viċi president tal-Parlament. Angel ħa post Eva Kaili (NA, EL) li t-terminu tagħha bħala viċi president intemm f'Diċembru 2022.

 

Martin Hojsík (Renew Europe, is-Slovakkja) ġie elett Viċi President u Isabel Wiseler-Lima (PPE, il-Lussemburgu) ġiet eletta kwestur f’Ottubru 2023. Hojsík ħa post Michal Šimečka (Renew Europe, is-Slovakkja) u Wiseler-Lima ħadet post Cristophe Hansen (PPE, il-Lussemburgu), fir-rwoli rispettivi tagħhom, wara t-tluq ta’ Šimečka u Hansen mill-Parlament Ewropew wara l-elezzjonijiet nazzjonali.

 

Victor Negrescu (S&D, ir-Rumanija) ġie elett kwestur f’Novembru 2023, u ssostitwixxa lil Monika Beňová (mhux affiljata, is-Slovakkja).

 

Jan-Christoph Oetjen (Renew Europe, il-Ġermanja) ġie elett viċi president f’Jannar 2024 biex jissostitwixxi lil Nicola Beer (Renew Europe, il-Ġermanja) li telaq mill-Parlament biex isir viċi president tal-Bank Ewropew tal-Investiment.