Servizzi awdjoviżivi għall-ġurnalisti
Il-Parlament Ewropew joffri firxa estensiva ta’ faċilitajiet awdjoviżivi avvanzati mfassla għax-xandara u għall-ġurnalisti multimedjali li jkopru l-affarijiet Ewropej. Dawn l-istudios tal-ogħla livell, li jinsabu kemm fi Brussell kif ukoll fi Strażburgu, jippermettulek tipproduċi kontenut ta’ kwalità għolja mill-qalba tad-demokrazija Ewropea, kompletament mingħajr ħlas.
Kemm jekk għal xandir dirett jew għal reġistrazzjoni ta’ intervisti, u kemm jekk għall-produzzjoni ta’ kontenut multimedjali komprensiv, il-faċilitajiet u l-appoġġ tekniku tagħna jissodisfaw l-ogħla standards professjonali.
Faċilitajiet għad-dispożizzjoni tal-midja:
- studios tat-TV: mgħammra kompletament għal xandiriet diretti, programmi rreġistrati minn qabel, u intervisti, dawn l-istudios tax-xandir jirrikjedu ġurnalist fuq il-post u Membru tal-Parlament Ewropew bħala mistieden. Disponibbli esklużivament għall-professjonisti tal-midja.
- settijiet ta’ round-table multimedjali: ideali għall-istreaming dirett jew għar-reġistrazzjoni ta’ dibattiti u programmi ta’ diskussjoni, dawn is-settijiet jippermettu konnessjonijiet ma’ pjattaformi multimedjali multipli u avvenimenti ibridi. Il-parteċipazzjoni fuq il-post u mill-bogħod hija possibbli iżda huwa meħtieġ li jkun hemm mill-inqas Membru tal-PE wieħed bħala kelliem mistieden.
- studios tar-radju: dawn l-istudios huma adattati għal trażmissjonijiet diretti u għal produzzjoni awdjo ta’ kwalità għolja, li jippermettu preżenza fuq il-post jew mill-bogħod. Jistgħu jintużaw ukoll biex jiġu rreġistrati podcasts mingħajr il-bżonn li jkun preżenti Membru tal-PE.
- pożizzjonijiet stand-up: billi jinsabu qrib l-emiċiklu fejn iseħħu deċiżjonijiet u dibattiti importanti, dawn il-pożizzjonijiet huma ideali għal interventi qosra diretti jew irreġistrati bil-preżenza ta’ Membru tal-PE jew mingħajrha.
- spazji tax-xogħol: jistgħu jiġu bbukkjati għal strutturi personalizzati matul il-jum u għandhom jintużaw flimkien mat-tagħmir u mal-ekwipaġġ tal-ġurnalist stess.
- ekwipaġġi tal-kamera: timijiet disponibbli biex jappoġġjaw l-intervisti tiegħek mal-Membri tal-PE, mill-fażi ta’ tħejjija sal-fażi finali, f’binjiet differenti tal-PE.
- servizz fotografiku: possibbiltà li jintalab fotografu għal massimu ta’ 10 minuti biex jieħu ritratti waqt l-intervisti mal-Membri.
Il-faċilitajiet kollha tagħna huma ġestiti minn tim iddedikat ta’ professjonisti biex joffru assistenza personalizzata. Nirrakkomandaw li l-prenotazzjoni ssir sew minn qabel biex tiġi żgurata d-disponibbiltà u biex tkun tista’ tieħu vantaġġ mit-tim professjonali impenjat tagħna u b’hekk tiġi żgurata esperjenza ta’ produzzjoni bla xkiel.
Għal aktar informazzjoni jew prenotazzjonijiet diretti, ibgħatilna email fuq:
- avplanning@europarl.europa.eu għall-faċilitajiet tax-xandir
- voxbox@europarl.europa.eu għall-faċilitajiet multimedjali u pożizzjonijiet stand-up
- radiobookings@europarl.europa.eu għall-istudios tar-radju
Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta l-fuljett awdjoviżiv tagħna jew żur il-paġna web awdjoviżiva.