Kodiċi tal-Kondotta ġdid għall-MEPs  

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Il-Parlament adotta l-kodiċi tal-kondotta l-ġdid tal-MEPs. Il-kodiċi jinkludi regoli u prinċipji li l-MEPs se jkollhom isegwu tul il-kuntatti esterni tagħhom, sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess.

Il-prinċipju ewlieni tal-kodiċi huwa t-trasparenza. Il-MEPs se jkollhom jipprovdu dikjarazzjonijiet ċari tal-attivitajiet mħallsa tagħhom barra mill-Parlament, kif ukoll kwalunkwe funzjoni oħra li tista' tikkawża kunflitt ta' interess.


Il-kodiċi jintroduċi wkoll projbizzjoni espliċita tal-kisba ta' ħlas jew rigali b'rabta mal-ħidma tagħhom fit-teħid ta' deċizjonijiet parlamentari.


Dikjarazzjoni finanzjarji


L-MEPs se jkollhom jiddikjaraw pubblikament u fuq l-internet, kull attività professjonali li jkunu għamlu tul it-tliet snin qabel l-elezzjoni, kif ukoll is-sħubija tagħhom fi kwalunkwe bord ta' kumpanija, NGO jew assoċjazzjoni.


L-istess jgħodd għal attivitajiet mħallsa waqt li jkunu MEPs, jekk l-ammont li jirċievu jkun iktar minn 5,000 ewro fis-sena. Għandu jiġi ddikjarat ukoll kull appoġġ finanzjarju li jista' joħloq kunflitt ta' interess. Waqt li jkunu MEPs, rigali jew benefiċċji oħra ta' iktar min 150 ewro għandhom jiġu rifjutati jew mgħoddija lill-President tal-Parlament jekk ikunu qegħdin jirrappreżentaw l-Istituzzjoni uffiċjalment. Ir-rimbors ta' spejjeż diretti mhumiex miqjusa bħala rigal sakemm ikun avveniment fuq stedina uffiċjali. 


Sanzjonijiet


Meta MEP jikser il-kodiċi, dan jista' jiġi sanzjonat - fuq deċiżjoni tal-President wara li jkun tkellem ma' Kumitat Konsultattiv ġdid - bi twiddiba, tneħħija tal-allowance ta' kuljum għal bejn jumen u għaxart ijiem, sospensjoni temporanja mill-attivitajiet tal-Parlament (inkluż id-dritt tal-vot) għal mhux iktar minn għaxart ijiem jew tneħħija mir-rwol ta' rapporteur jew pożizzjonijiet eletti fi ħdan il-Parlament. Kwalunkwe sanzjoni trid tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-Parlament.


Ex-MEPs


Persuni li kienu MEPs u li jibdew jaħdmu bħala lobbyists f'qasam b'konnessjoni diretta mal-UE ma jibqax jirċievi l-benefiċċi li jingħataw normalment, sakemm jibqgħu jagħmlu din l-attività


X'imiss


Issa jmiss li l-Bureau tal-Parlament jistabilixxi l-miżui ta' implementazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta. Ir-regoli għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2012.