Il-Parlament japprova r-regoli tal-UE dwar il-privattiva unitarja  

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

L-inventuri tal-UE fl-aħħar dalwaqt se jkunu jistgħu jiksbu privattiva unitarja. Wara aktar minn 30 sena ta' diskussjonijiet, reġim ġdid se jnaqqas l-ispiża ta' privattiva tal-UE b'sa 80 %, u b'hekk se jagħmilha aktar kompetittiva fil-konfront tal-Istati Uniti u l-Ġappun. Il-MPE naqqsu l-ispejjeż għal impriżi żgħar u aġġustaw ir-reġim għall-ħtiġijiet tagħhom, fi ftehim ta’ kompromess mal-Kunsill li ġie approvat mill-Parlament nhar it-Tlieta.


Fi tlietsessjonijiet ta’ votazzjoni separati, il-MPE approvaw l-hekk imsejjaħ"Pakkett ta’ privattivi tal-UE" (privattiva unitarja, reġimlingwistiku u Qorti tal-privattivi unitarji).


"Il-proprjetàintellettwali m’għandhiex tieqaf mal-fruntieri. It-triq lejn l-introduzzjonital-privattiva tal-UE kienet twila u ostakolata, iżda finalment l-isforz makienx għalxejn", qal Bernhard Rapkay (S&D, DE), il-MPEb’responsabbiltà ewlenija għar-regolament li jistabbilixxi sistema ta’protezzjoni tal-privattiva unitarja, "Il-vot tal-lum huwa aħbar tajbagħall-ekonomija tal-UE u speċjalment għall-intrapriżi żgħar u medji Ewropej(SMEs)", kompla jgħid.


Ir-reġimattwali Ewropew tal-privattiva "effettivament huwa taxxa fuql-innovazzjoni", qal Raffaele Baldassarre (PPE, IT), li mexxad-diskussjonijiet dwar ir-reġim għat-traduzzjoni tal-privattivi tal-UE. Żied jgħid li, fuq talbatal-Parlament, ġew introdotti "miżuri speċifiċi għall-SMEs biex jitħallsulura l-ispejjeż kollha tat-traduzzjoni u tkun żgurata l-protezzjoni legalifil-każ ta' falsifikazzjoni".


Il-Presidenttal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, Klaus-Heiner Lehne (PPE, DE), li mexxal-ftehim internazzjonali li jistabbilixxi Qorti tal-privattivi unitarji, qal:"In-nies fiċ-Ċina qed jgħidulna li ma jistax ikollna suq uniku mingħajrprivattiva unitarja". Bir-regoli l-ġodda "ħafna ostakoli għall-SMEsse jingħelbu", żied jgħid.


Protezzjoni irħas u aktar effikaċi


Il-privattival-ġdida se tkun irħas u aktar effettiva minn sistemi attwali fir-rigwardtal-protezzjoni tal-invenzjonijiet ta’ individwi u impriżi. Ir-reġim il-ġdid se jipprovdi protezzjoni awtomatikatal-privattivi unitarji fil-25 Stat Membru kollha li qed jipparteċipaw, sejnaqqas l-ispejjeż għall-impriżi tal-UE u b’hekk se jagħti spintalill-kompetittività tagħhom.Meta s-sistema l-ġdida tibda taħdem b’rata aċċettabbli, privattiva tal-UEtista’ tibda tiswa biss EUR 4 725, meta mqabbel ma’ medja ta’EUR 36 000 meħtieġa llum, qalet il-Kummissjoni Ewropea.


Kif tapplika għall-privattiva l-ġdida?


Kull inventurse jkun jista’ japplika għand l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi (EPO,korp mhux tal-UE) għal privattiva unitarja tal-UE li tkun valida fil-25 StatMembru kollha tal-UE li qed jipparteċipaw. Il-privattivi se jkunu disponibblibl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. L-applikazzjonijiet se jkollhom isirubl-Ingliż, bil-Ġermaniż jew bil-Franċiż. Jekk isiru b’lingwa oħra, dawn iridujkunu akkumpanjati minn traduzzjoni b’waħda minn dawn it-tliet lingwi.


Kif il-Parlament għen biex jitnaqqsu l-ispejjeż


Il-Parlamentżgura li l-ispejjeż tat-traduzzjoni se jitħallsu lura kollha lill-intrapriżiżgħar u medji bbażati fl-UE, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ,universitajiet u organizzazzjonijiet għar-riċerka pubblika.


Żgura wkoll lit-tariffi għat-tiġdid, li jammontaw għal sehem kbir mill-ispejjeż totali, sejiġu stabbiliti f’livell li jqis il-ħtiġijiet speċjali tal-impriżi żgħar,sabiex dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minn spejjeż aktar baxxi.


Dħul fis-seħħ


Il-ftehiminternazzjonali li joħloq Qorti tal-privattivi unitarji se jidħol fis-seħħfl-1 ta’ Jannar 2014 jew wara li jkun ġie rratifikat mintlettax-il Stat kontraenti, sakemm ir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja jkunufost dawn l-Istati. Iż-żewġ atti l-oħrajapplikaw mill-1 ta’ Jannar 2014, jew mid-data meta jidħolfis-seħħ il-ftehim internazzjonali, skont liema data tinzerta l-aktar tard. Spanja u l-Italja bħalissa jinsabubarra r-reġim il-ġdid, iżda jistgħu jiddeċiedu li jissieħbu fi kwalunkwe mument.


Ir-rapport ta’ Rapkay ġie approvat b’484 vot favur, 164 kontra u 35 astensjoni.


Ir-riżoluzzjoni ta’ Baldassarre ġiet approvata b’481 votfavur, 152 kontra u 49 astensjoni.


Ir-rapport ta’ Lehne ġie adottat b'483 vot favur, 161 kontrau 38 astensjoni.


Għal aktar dettalji dwar kif se taħdem is-sistema, jekkjogħġbok ara l-Q&A tagħna.



Proċeduri: kodeċiżjoni (privattiva unitarja), konsultazzjoni(reġim lingwistiku), nonleġiżlattiva (Qorti tal-privattivi unitarji)