Il-Parlamentarium Bieb miftuħ għad-demokrazija Ewropea  

 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Iċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew - il-Parlamentarium - huwa l-akbar ċentru tal-viżitaturi parlamentari fl-Ewropa u l-ewwel eżibizzjoni totalment accessibbli f'24 lingwa. Iċ-ċittadini, ir-residenti lokali u t-turisti se jkollhom l-opportunità jiksbu perspettiva unika tal-istituzzjonijiet Ewropej u b'mod partikolari tal-Parlament Ewropew permezz ta' firxa wiesgħa ta' strumenti multimedjali interattivi.


"Il-Parlamentarium jagħti perspettiva eċċellenti tal-ħidma tal-Parlament Ewropew. Żjara tgħinek tifhem l-Ewropa ta' llum aħjar".


Martin Schulz , President tal-Parlament Ewropew



"Il-Parlamentarium jagħti ħajja lill-Ewropa billi jistieden liċ-ċittadini jesperjenzaw il-ħajja politika Ewropea. Il-viżitaturi għanhom l-opportunità unika li jersqu viċin il-Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu ġew eletti direttament miċ-ċittadini Ewropej, li jsiru jafu aktar dwar l-ambjent tax-xogħol tagħhom u l-attivitajiet differenti li jagħmlu. B'hekk, il-Parlamentarium huwa kontribuzzjoni prezzjuża li juri d-demokrazija Ewropea fl-azzjoni."


Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Viċi-President tal-Parlament Ewropew