Il-Parlament Ewropew jappoġġa bidla għall-bijofjuwils avvanzati  

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Biofuels: The next generation  

Il-Parlament sejjaħ għal limitu fl-użu ta' bijofjuwils tradizzjonali u bidla ta' malajr għal bijofjuwils ġodda minn sorsi alternattivi bħalma hi l-alka u skart, f'vot fuq abbozz ta' liġi nhar l-Erbgħa. Il-miżuri jimmiraw li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw miż-żieda fl-użu tal-art agrikola għall-produzzjoni ta' bijofjuwil.


"Nilqa' l-vot tal-Parlament tal-llum iżda jiddispjaċini li l-Parlament ma tax mandat ta' negozjar li kien jippermetti li l-leġiżlazzjoni tiġi konkluża mingħajr dewmien żejjed u biex b'hekk l-industrija ma kienitx titħalla f'sitwazzjoni ta' inċertezza rigward l-investimenti li huma jagħmlu", qalet ir-relatriċi Corinne Lepage (ALDE, FR) wara li l-emendi għall-abbozz tal-leġislazzjoni ġew adottati b'356 voti favur, 327 voti kontra u 14-il astenzjoni.

Bidla Indiretta fl-Użu tal-Art relatata mal-Bijofjuwils

Emissjonijiet tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-użu dejjem akbar ta' art agrikola għall-produzzjoni ta' bijofjuwil huma indirizzati minn studji dwar "bidla indiretta fl-użu tal-art" (ILUC). Evidenza xjentifika wriet li ż-żieda riżultanti fl-emissjonijiet tista' tikkanċella xi ftit mill-benefiċji tal-bijofjuwils, meta wieħed jieħu kont taċ-ċiklu tal-ħajja kollu mill-produzzjoni sal-konsum.

Skont il-leġislazzjoni attwalli, l-istati membri għandhom jiżguraw li l-enerġija rinnovabbli tammonta għal tal-anqas 10% tal-konsum tal-enerġija fit-trasport sal-2020. Fit-test adottat, il-MPE jgħidu li biijofjuwils tal-ewwel ġenerazzjoni minn uċuh tar-raba' tajbin għall-ikel ma għandhomx jeċċedu 6% tal-konsum tal-enerġija finali fit-trasport sal-2020, kuntrarju għall-mira attwali ta' 10% fil-leġislazzjoni eżistenti.


Tisħiħ tal-bijofjuwils avvanzati

Bijofjuwils avvanzati, estratti mill-alka jew minn ċertu tipi ta' skart, għandhom jirrappreżentaw tal-anqas 2.5% tal-konsum tal-enerġija fit-trasport sal-2020, qalu l-MPE.

Passi li jmiss

Is-Sinjura Lepage kellha bżonn żewġ voti oħra biex jingħatalha mandat biex tinnegozja mal-istati membri, li mistennija jadottaw pożizzjoni komuni tagħhom fil-futur qarib. Jekk tali pożizzjoni tkun differenti mit-test adottat mill-Parlament illum, ikun hemm bżonn li l-proċess jgħaddi għat-tieni qari.

Proċedura: Ko-deiżjoni, l-ewwel qari

Siti onlajn