Il-Parlament jappoġġa s-sistema eCall fil-karozzi 

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Karozza bis-sistema eCall - © BELGA/ANP/ D.Dam  

Apparat li jinforma awtomatikament lis-servizzi ta' sokkors f'każ ta' ħabta bejn karozzi ser ikollu jinbena fil-mudelli ġodda ta' karozzi u vannijiet żgħar sa Ottubru 2015 skont vot dwar abbozz ta' regoli li sar nhar l-Erbgħa. Fl-2012 l-inċidenti tat-traffiku fl-UE qatlu 28,000 persuna u darbu 1.5 miljun ruħ.

 

It-teknoloġija “eCall” ser tuża n-numru ta' emerġenza 112 biex tippermetti lis-sokkorrituri jaslu aktar malajr u b'hekk jiġu salvati l-ħajjiet u jitnaqqsu l-midruba. Hija tindika l-post preċiż u tgħin biex is-sokkors jasal aktar malajr, jiġu salvati l-ħajjiet, titnaqqas il-gravità tal-weġgħat u jitnaqqsu l-problemi għaċ-ċirkolazzjoni tal-karozzi.

 

eCall obbligatorju sal-2015


Ottubru 2015 għandu jkun l-aħħar mument biex il-produtturi tal-karozzi jinstallaw l-apparat fil-mudelli l-ġodda. Madankollu l-MEPs ħallew possibbiltà li din l-iskadenza tiġi posposta permezz ta' deċiżjoni sussegwenti.


L-istess skadenza tapplika għall-istati membri biex ikollhom l-infrastruttura u s-servizzi tal-emerġenza lesti.


Passi li jmiss


Ir-regolament eCall ġie approvat fl-ewwel qari. Il-Kunsill jista' jaċċetta l-pożizzjoni tal-Parlament jew jadotta l-pożizzjoni tiegħu u wara jitkomplew in-negozjati mal-Parlament.


 

Additional information

 

Procedure: Co-decision (Ordinary Legislative Procedure), 1st reading

#eCall