Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Il-miżuri kontra t-terroriżmu, inkluż il-proposta dwar il-Passenger Name Record (PNR), ir-rwol tal-Europol, il-prevenzjoni kontra r-radikalizzazzjoni, it-titjib tal-qsim tal-informazzjoni u l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà, ġew diskussi mal-Kummissarju għall-Affarijiet Interni Dimitris Avramopoulos nhar l-Erbgħa.

Se tkun qed titressaq riżoluzzjoni dwar dan għal vot waqt il-plenarja tad-9-12 ta’ Frar, qabel il-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Frar li se jkun qed jiddiskuti proprju l-miżuri kontra t-terroriżmu.

 

Tista’ ssegwi d-dikjarazzjonijiet tal-kelliema għall-gruppi politiċi waqt id-dibattitu fuq Twitter.


Reġistrazzjoni tad-dibattitu se tkun disponibbli hawn: VOD.