Inqas skart tal-ikel  

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Fl-UE, l-iskart tal-ikel ġie stmat għal madwar 88 tunnellata, jew 173 kilo gġal kull persuna ©AP Images/European Union-EP  

L-MEPs jitolbu li jsir sforz biex jitnaqqas bin-nofs l-iskart tal-ikel fl-UE sal-2030, permezz tat-tneħħija tar-restrizzjonijiet eżistenti dwar id-donazzjoni tal-ikel u l-eliminazzjoni tal-konfużjoni dwar it-tikketti “best before” u “use by”.

  • Tnaqqis tal-iskart tal-ikel b’30% sal-2025 u b’50% fl-2030
  • Donazzjonijiet tal-ikel iżjed faċli
  • Simplifikazzjoni tat-tikketti tal-ikel dwar il-“best before” u il-“use by”

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jagħmlu iżjed biex ifiehmu lin-nies x’ijfissfru it-tikketti dwar il-“bst before” u il-“use by”, inkluż il-fatt li ikel jista’ jittiekel wara d-data ta’ “best before”.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-benefiċċji possibbli tat-tneħħija ta’ ċerti dati għall-prodotti mingħajr ebda riskju għas-saħħa pubblika jew l-ambjent.


Donazzjonijiet aktar faċli


Il-Kummissjoni għandha tipproponi wkoll bidla għad-direttiva dwar il-VAT biex ikunu espliċitament awtorizzati eżenzjonijiet tat-taxxa fuq donazzjonijiet tal-ikel.  Il-Fond tal-UE għall-Għajnuna lil dawk l-Iktar fil-Bżonn għandu jintuża biex jiffinanzja l-ispiża tat-trasport, il-ġbir, il-ħżin u d-distribuzzjoni tad-donazzjonijiet tal-ikel.