Brexit: nuqqas ta’ progress suffiċjenti dwar it-termini ta’ divorzju 

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Parliament will vote its position on the ongoing talks with the UK on 3 October in Strasbourg ©Pixabay/DanielDiazBardillo(CC0)  

Ma sarx biżżejjed progress fl-ewwel erba’ serje ta’ laqgħat mar-Renju Unit dwar il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea. Dan skont l-abbozz ta’ riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew.

Il-Kunsill Ewropew għandu jiddetermina li ma ntlaħaqx “progress sodisfaċenti” dwar it-tliet objettivi prinċipali tal-Unjoni Ewropea – is-salvagwardja tad-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej u tar-Renju Unit, il-kjarifika tal-impenji finanzjarji tar-Renju Unit, u r-riżoluzzjoni tal-kwistjoni tal-fruntiera bejn ir-Repubblika tal-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq - sakemm ma jkunx hemm żvolta maġġuri fuq dawn il-kwistjonijiet fil-ħames serje ta’ laqgħat, jgħid l-abbozz ta’ riżoluzzjoni approvat illum (nhar il-Ħamis) mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew (magħmula mill-President tal-Parlament u mill-mexxejja tal-gruppi politiċi).

 

Id-dibattitu u l-vot fuq il-mozzjoni, imfassla mill-Grupp ta’ Tmexxija dwar il-Brexit tal-Parlament, se jsiru mill-MPE fi Strasburgu nhar it-Tlieta li ġej.

 

“Aħna nilqgħu l-approċċ kostruttiv li ħadet il-Prim Ministru May fid-diskors reċenti tagħha f’Firenze,”  qal il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani. “Il-protezzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini hija prijorità assoluta għall-Parlament Ewropew. Il-ftehim ta’ ħruġ għandu jiggarantixxi d-drittijiet kollha li ċ-ċittadini jgawdu bħalissa, kif stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea. Garanziji supplimentari li l-ligi Ewropea se tkun irrispettata sa meta r-Renju Unit effetivament jitlaq mill-Unjoni huma fundamentali biex tiġi żgurata l-konklużjoni rapida tal-ewwel fażi ta’ negozjati”.

 

EP coordinator for Brexit Guy Verhofstadt added: "Prime Minister May opened the door to progress in her speech in Florence on September 22, for example on the role of the European Court of Justice. But we would like to see the UK government provide greater clarity. We are still waiting for answers on vital issues, such as how to keep Northern Ireland in the customs union, or how to find a special arrangement that will prevent a hardening of the border. Regarding citizens' rights and the financial settlement, we are waiting for concrete answers to the proposals made by the EU negotiating team." 

 

Il-koordinatur tal-Parlament dwar il-Brexit, Guy Verhostadt, żid jgħid: “Il-Prim Ministru May fetħet il-bieb għal progress fid-diskors tagħha f’Firenze fit-22 ta’ Settembru, per eżempju dwar ir-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Madankollu, aħna nixtiequ li l-gvern tar-Renju Unit jipprovdi kjarifika akbar. Għadna qegħdin nistennew tweġibiet dwar kwistjonijiet essenzjali, bħal kif l-Irlanda ta’ Fuq se tibqa’ fl-unjoni tad-dwana, jew kif għandu jintlaħaq ftehim speċjali li jevita li tkun ristabbilita l-fruntiera. Rigward id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ftehim finanzjarju, aħna qegħdin nistennew tweġibiet konkreti għall-proposti ppreżentati mit-tim ta’ negozjati tal-Unjoni”.

 

Fatti fil-qosor

 

Il-Membri se jiddibattu l-mozzjoni flimkien mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u Negozjatur Ewlieni dwar il-Brexit Michel Barnier nhar it-Tlieta. Ir-riżoluzzjoni kif adottata, se tkun il-kontribut tal-Parlament għas-samit tal-UE27 li se jsir fl-20 ta’ Ottubru fi Brussell, fejn il-mexxejja tal-gvern se jevalwaw il-progress tan-negozjati tal-Brexit.

Kwalunkwe ftehim ta’ ħruġ fi tmiem in-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea irid jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.