Approvati regoli ġodda li ser jeħtieġu teknoloġija li ssalva l-ħajjiet fil-karozzi 

Stqarrija 
Is-sessjoni plenarja 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

Vetturi aktar siguri  
  • Karozzi, vannijiet, trakkijiet u karozzi tal-linja ser ikunu mgħammra b’elementi ta’ sigurtà avvanzati
  • Iċ-ċiklisti u l-persuni bil-mixi ser ikunu protetti aħjar
  • Fl-2018, mietu 25,100 persuna f’inċidenti tat-triq fl-UE

Elementi ta’ sigurtà bħall-għajnuna intelliġenti tal-veloċità u sistemi avvanzati ta’ twaqqif urġenti ser ikollhom jiġu installati fil-vetturi l-ġodda minn Mejju 2022.

Vetturi aktar kapaċi li jevitaw l-inċidenti


Is-sistemi avvanzati li ser ikollhom jiġu installati fil-karozzi l-ġodda kollha huma: l-assistenza intelliġenti tal-veloċità; projbizzjoni ta’ sewqan f’każ ta’ alkoħol eċċessiv; twissija f’każ li sewwieq ikollu n-ngħas; twissija avvanzata f’każ li sewwieq ikun distratt; sinjal f’każ taż waqfien urġenti; detezzjoni jekk il-vettura tkun qed timxi lura; u sistema ta’ reġistrazzjoni tal-avvenimenti (‘black box’).


L-assistenza intelliġenti tal-veloċità mhiex ser tillimita l-veloċità iżda ser tippreżenta lis-sewwieq b’serja ta’ informazzjoni biex ikun kuxjenti li qed jaqbeż il-limitu impost.


Għall-karozzi u l-vannijiet żgħar, ser ikun obbligatorju wkoll li jkun hemm sistema ta’ waqfien urġenti (diġà obbligatorju għat-trakkijiet u l-karozzi tal-linja), kif ukoll sistema li żżomm il-karreġġjata.


Bosta minn dawn it-teknoloġiji għandhom isiru obbligatorji minn Mejju 2022 għall-mudelli l-ġodda u minn Mejju 2024 għall-vetturi l-ġodda tal-mudelli eżistenti.


Trakkijiet u karozzi tal-linja aktar siguri għaċ-ċiklisti u l-persuni bil-mixi


It-trakkijiet u l-karozzi tal-linja ser ikollhom jiġu ddiżinjati biex l-utenti tat-toroq aktar vulnerabbli ikunu iżjed viżibbli għas-sewwieq. Dawn il-vetturi ser ikollhom jiġu mgħammra b’elementi avvanzati biex kemm jista’ jkun jitnaqqsu l-‘blind spots’ quddiem u ma’ ġenb is-sewwieq, it-test jgħid.


Din it-teknoloġija għandha ssir obbligatorja minn Novembru 2025 għall- mudelli l-ġodda u minn Novembru 2028 għall-vetturi l-ġodda tal-mudelli eżistenti.


Crash tests u windskrijns imtejba


Ir-regoli l-ġodda itejbu wkoll il-ħtiġijiet rigward is-sigurtà passiva, inkluż il-crash tests, kif ukoll il-windskrijns biex titnaqqas is-severità tal-korrimenti għall-persuni bil-mixi u ċ-ċiklisti. It-type approval tat-tyres ser tittejjeb ukoll biex jiġu ttestjati t-tyres użati.


Passi li jmiss


Ir-regolament issa jrid jiġi approvat mill-ministri tal-UE.