Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

  • appell lill-istati membri biex jiftiehmu b’mod urġenti fuq pożizzjoni ta’ negozjar dwar il-baġit fit-tul tal-UE
  • Il-Parlament ilu lest biex jinnegozja minn Novembru 2018
  • Il-MPE jeħtieġu pjan ta’ kontinġenza biex jitnaqqsu l-konsegwenzi negattivi fuq iċ-ċittadini u n-negozji, peress illi d-dewmien ser jirriżulta fi problemi ta’ finanzjament mill-2021

F’riżoluzzjoni adottata l-Ħamis, il-MPE jwissu dwar “riskju ċar” li l-pjan ta’ investiment tal-UE 2021-2027 mhux ser jiġi konkluż fil-ħin mal-Kunsill.

Fit-test, adottat b’426 vot favur, 163 kontra u 67 astensjoni, il-MPE



  • jaġġustaw il-pożizzjoni tal-Parlament biex isaħħu l-finanzjament tal-protezzjoni tal-klima, filwaqt li jisħqu li “hemm ħtieġa urġenti għal qabża kwantika fl-isforzi politiċi u finanzjarji” biex jintlaħqu l-objettivi tal-ftehim ta’ Pariġi;



Il-Kunsill għad irid jadotta deċiżjoni politika dwar il-kwistjoni.


Sfond


Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti leġiżlattivi għall-QFP li jmiss fir-Rebbiegħa tal-2018. Il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu f’Novembru 2018 u b’hekk ilu lest biex jinnegozja mal-Kunsill u jasal għal ftehim għal kważi sena.


Madwar 93% mill-baġit tal-UE jiffinanzjaw attivitajiet li jseħħu fl-istati membri u ‘lil hinn. Il-baġit jiffinanzja liċ-ċittadini, ir-reġjuni, il-bliet, il-bdiewa, ir-riċerkaturi, l-istudenti, l-NGOs u n-negozji.