Kundanna tal-forom kollha ta’ razziżmu, mibegħda u vjolenza u appell għal azzjoni 

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

  • Black Lives Matter, jgħid il-PE, filwaqt li jiċħad is-supremazija bajda
  • Il-MPE jikkundannaw bil-qawwa l-mewt “orrendi” ta’ George Floyd u jappoġġaw il-protesti paċifiċi
  • Id-diskriminazzjoni razzjali u l-fastidju għadhom komuni fl-UE kollha
  • Għandu jintemm it-tfassil ta’ profili razzjali fil-liġi kriminali u jiġi żgurat li l-brutalità tal-pulizija tiġi kkastigata
M'hemx spazju għar-razziżmufis-soċjetajiettagħna, qal il-PE b'reazzjoni għall-protesti enormi madwar id-dinja wara l-mewt ta' George Floyd  

M’hemm ebda lok għal razziżmu u diskriminazzjoni fis-soċjetajiet tagħna, jgħidu l-MPE u jitolbu li l-UE tieħu pożizzjoni b’saħħitha u deċiżiva kontra r-razziżmu, il-vjolenza u l-inġustizzja.

F’riżoluzzjoni adottata l-Ġimgħa b’493 vot favur, 104 kontra u 67 astensjoni, il-Parlament “jikkundanna bil-qawwa l-mewt orrendi ta’ George Floyd” fl-Istati Uniti, kif ukoll qtil simili f’postijiet oħra fid-dinja. Il-MPE jappellaw lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti biex jindirizzaw ir-razziżmu u l-inugwaljanzi strutturali, jikkritikaw ir-repressjonijiet tal-pulizija ta’ dimostranti paċifiċi u l-ġurnalisti u t-theddida tal-President Trump li juża l-armata kif ukoll ir-“retorika xewwiexa” tiegħu.


Il-Kamra tappoġġa l-protesti massivi reċenti madwar id-dinja kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni u tikkundanna “is-supremazija bajda fil-forom kollha”. Il-MPE jikkritikaw “l-episodjiji ta’ serq, ħruq, vandaliżmu u distruzzjoni tal-proprjeta pubblika u privata ikkawżati minn xi dimostraturi vjolenti”, filwaqt li jitolbu fl-istess waqt li “l-użu sproporzjonat tal-forza u t-tendenzi razzisti fl-infurzar tal-liġi” jiġi ddenunzjati pubblikament kull meta u kull fejn iseħħu.


L-użu tal-forza mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandu dejjem ikun “legali, proporzjonat, meħtieġ u tal-aħħar għażla”, filwaqt li l-MPE jinsistu li “l-użu eċċessiv tal-forza kontra l-folol jikser il-prinċipju tal-proporzjonalità”. Il-PE jenfasizza li l-każijiet ta’ brutalità u ta’ abbuż mill-pulizija m’għandhomx ma jiġux ikkastigati u li ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jirrikordjam xeni ta’ vjolenza mill-pulizzija biex jużawhom bħala evidenza.


Tmiem it-tfassil ta’ profili razzjali u etniċi, u tkabbir tad-diversita fil-pulizija

It-test jitlob lill-UE u lill-Istati Membri biex itemmu t-tfassil ta’ profili razzjali u etniċi fil-forom kollha fl-infurzar tal-liġi kriminali, il-miżuri kontra t-terroriżmu u l-kontrolli tal-immigrazzjoni. It-teknoloġiji ġodda f’dan il-qasam m’għandhomx jiddiskriminaw kontra l-minoritajiet razzjali u etniċi, iżżid ir-riżoluzzjoni.


L-awtoritajiet tal-pulizija u tal-infurzar tal-liġi għandu jkollhom “rekord eżemplari dwar l-antirazziżmu u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni” u għandhom isaħħu t-taħriġ f’dan ir-rigward, jgħidu l-MPE, filwaqt li jappellaw ukoll għal aktar diversita fi ħdan il-forzi tal-pulizija.


Delitti Ewropej kontra l-umanità mwettqa kontra persuni suwed fil-passat


Skont il-Parlament, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu b’mod uffiċjali l-inġustizzji u d-delitti tal-passat kontra l-umanità kommessi kontra l-persuni suwed, persuni ta’ kulur u r-Roma.


Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-oqsma kollha għandha tkun prijorità tal-UE, jgħidu l-MPE, li jħeġġu lill-Kunsill biex “jikkonkludi immedjatament in-negozjati dwar id-Direttiva Orizzontali dwar in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni”, imblukkat mill-pajjiżi tal-UE minn meta l-Kummissjoni pproponieta fl-2008.


Il-liberta tal-kelma ma tipproteġix ir-razziżmu u l-xenofobja


Ir-riżoluzzjoni tenfasizza li l-espressjonijiet razzisti u xenofobiċi mhumiex koperti mill-liberta tal-kelma. Il-MPE “jikkundannaw il-fatt li l-forzi politiċi estremisti u ksenofobiċi madwar id-dinja

qegħdin jirrikorru dejjem aktar għaddistorsjoni tal-fatti storiċi, statistiċi u xjentifiċi u jagħmlu użu minn simboliżmu u retorika li jfakkru aspetti ta' propaganda totalitarja, inklużi r-razziżmu, l-anti-Semitiżmu u l-mibegħda lejn il-minoranzi.”


Skont l-Aġenziji tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, in-nies madwar l-UE jħabbtu wiċċhom sistematikament ma’ fastidju, diskriminazzjoni, preġudizzju stabbilit u tfassil ta’ profili etniċi diskriminatorji minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom, it-twemmin reliġjuż jew l-etniċità tagħhom, b’1 minn kull 5 persuna sewda u kważi 3 minn kull 10 Lhudi jesperjenzjaw tali fastidji.