Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa: avveniment inawgurali fi Strasburgu fid-9 ta' Mejju 

Stqarrija 
 
 

Aqsam din il-paġna ma' ħaddieħor: 

L-avveniment inawgurali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa se jsir fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu f’Jum l-Ewropa nhar il-Ħadd 9 ta’ Mejju.

Meta: il-Ħadd 9 ta’ Mejju, mis-14.00-15.30

Fejn: Parlament Ewropew fi Strasburgu

Il-programm se jkun ta’ siegħa u nofs u jinkludi diskors ta’ merħba mill-President Franċiż Emmanuel Macron, diskorsi mill-Presidenti Sassoli u von der Leyen u l-Prim Ministru Costa f’rappreżentanza tal-istituzzjonijiet Ewropej, kif ukoll interventi qosra mill-ko-Presidenti tal-Bord Eżekuttiv tal-Konferenza.

Iċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili se jipparteċipaw permezz ta’ link bil-vidjo, u se jkun hemm siltiet mużikali mill-vjolinista Renaud Capuçon u l-kwartett Karski, kif ukoll link mal-avvenimenti ta’ Jum l-Ewropa madwar l-Istati Membri.

27 student tal-Erasmus mill-Istati Membri kollha se jkunu preżenti fil-kamra, u madwar 300 ċittadin se jkunu mistiedna jattendu mill-bogħod u se jkunu preżenti permezz ta’ skrins televiżivi kbar.

Ministri għall-Affarijiet Ewropej u mistednin importanti oħra se jingħaqdu wkoll mill-bogħod.


Miżuri ta’ prevenzjoni tal-COVID-19

Il-ġurnalisti jistgħu jattendu, sakemm isegwu b'mod strett ir-restrizzjonijiet għas-saħħa u l-miżuri stabbiliti mill-awtoritajiet Franċiżi u l-Parlament Ewropew. Il-ġurnalisti kollha preżenti fiżikament fl-avveniment huma mitluba jirrispettaw id-distanza soċjali ta' 1.5 m waqt li jkunu fil-bini tal-PE u jilbsu maskra medika tal-wiċċ f'kull ħin.

Kopertura awdjoviżiva

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa se tixxandar dirett fuq l-EbS+ (clean feed) mis-13: 30 sal-15.30 CET. L-EbS se jxandar sinjal bit-titoli (lest biex jixxandar).

Iċ-ċerimonja se tkun ukoll strimjata fuq iċ-ċentru multimedjali tal-Parlament u l-EBS, u fuq il-paġni Twitteru Facebook tal-Parlament Ewropew.

Vidjo, awdjo u ritratti tal-avveniment se jkunu disponibbli f’live replay fuq iċ-Ċentru Multimedia:

https://multimedia.europarl.europa.eu/en/conference-on-future-of-europe-inaugural-event_18901_pk.

Iktar dettalji dwar l-akkreditazzjoni, il-faċilitajiet awdjoviżivi, żoni tax-xogħol eċċ taħt din il-link.